Avviżi – 12 ta’ Marzu 2023

Nhar it-Tlieta 14 ta’ Marzu jibda t-tieni kors ta’ eżerċizzi li sa jsir nhar ta’ Tlieta fit-8.00pm fid-Dar Parrokkjali u huwa miftuħ għal kulħadd (minn 14-il sena ’l fuq).  Nhar l-Erbgħa 15 ta’ Marzu jkompli l-ewwel kors ta’ eżerċizzi b’meditazzjoni fuq il-ħajja tan-nisrani. Dan il-kors qed isir kull nhar ta’ Erbgħa wara l-quddiesa ta’ filgħaxija. … [Read more…]

Avviżi – 26 ta’ Frar 2023

Matul din il-ġimgħa nkomplu l-mixja tar-Randan. Nitolbu lil dawk li jistgħu jgħinu biex iqassmu l-fuljett bil-programm tar-Randan fid-djar mill-aktar fis. Dawk li ma joqgħodux f’Burmarrad jistgħu jieħdu kopja tal-programm minn ħdejn il-bibien tal-Knisja. Il-programm jinsab online ukoll. Nhar l-Erbgħa 1 ta’ Marzu jkompli l-ewwel kors ta’ eżerċizzi b’meditazzjoni fuq il-ħajja tan-nisrani. Dan il-kors qed isir … [Read more…]

L-Aħħar Tislima lil Patri Guido Muscat OFM Conv.

P. Guido Muscat li għal aktar minn 45 sena kien parti mill-komunità tal-patrijiet f’Burmarrad u ta servizz bi mħabba kbira lill-parroċċa tagħna. Qatt mhu se ninsew l-għajnuna u l-ħidma tiegħek fostna, u nwegħduk li nibqgħu ngħożżu l-memorji tiegħek f’qalbna.  Grazzi Patri Guido