Dħul

Parroċċa Qalb Bla Tebgħa ta’ Marija – Burmarrad

Merħba fis-sit tal-Parroċċa ta’ Burmarrad immexxija mill-Patrijiet Franġiskani Konventwali Permezz ta’ dan is-sit nixtiequ nżommuk infurmat dwar dak li jkun għaddej fil-parroċċa tagħna. Nisperaw li qed inkunu ta’ servizz għalik.

Ħinijiet tal-Quddies

Matul il-Ġimgħa: 5.30am, 6.15pm (Mill-1 Ħadd ta’ Ottubru), 7.00pm (Fis-Sajf)
Is-Sibt: 5.30am, 6.15pm (Mill-1 Ħadd ta’ Ottubru), 7.00pm (Fis-Sajf)
Il-Ħadd: 6.00am, 10.00am, 6.15pm (Mill-1 Ħadd ta’ Ottubru), 7.00pm (Fis-Sajf)
Il-Kappella tal-Lunzjata, is-Salina Nhar ta’ Sibt fil-5:00pm (fix-Xitwa) u fis-5:45pm (fis-Sajf)

 Kull nhar ta’ Erbgħa – Lectio Divina fis-6.45pm.

Kull nhar ta’ Ħamis – Adorazzjoni Ewkaristika fis-6.45pm.

Avviżi – 12 ta’ Jannar 2025

Nhar l-Erbgħa 15 ta’ Jannar nerġgħu nibdew il-mixja tal-Lectio Divina fid-dar parrokkjali fis-6.45pm. Fil-ġimgħat li ġejjin sa nirriflettu fuq l-Ittra lill-Galatin.

Nhar il-Ħamis 16 ta’ Jannar issir Adorazzjoni Ewkaristika fis-6.45pm.

Nhar is-Sibt 18 ta’ Jannar infakkru l-54 sena mit-twaqqif tal-parroċċa tagħna. Fil-quddiesa tas-6.15pm nirringrazzjaw lill-Mulej għall-mixja tal-parroċċa tagħna.

Nhar is-Sibt 25 ta’ Jannar il-Kummissjoni Festa sa torganizza Pizza Night b’risq il-Festa. Booking għand il-membri tal-Kummissjoni sa nhar l-Erbgħa 22 ta’ Jannar.

Nhar il-Ġimgħa 31 ta’ Jannar sa ssir Treasure Hunt għall-familji tal-parroċċa. Kull grupp jista’ jkollu bejn 2 u 5 persuni li waħda minnhom trid tkun adulta. Tista’ tirreġistra fis-sagristija jew online.

Sa jsir kors dwar il-kmandamenti għaż-żgħażagħ minn 18-il sena ’il fuq. Aktar tagħrif fuq www.10k.mt.

Avviżi – 22 ta’ Diċembru 2024

Illum wara l-quddiesa tal-10am issir il-purċissjoni b’ Ġesù Bambin. Wara jingħata rigal ċkejken lit-tfal kollha. 

Nhar it-Tnejn 23 ta’ Diċembru nagħlqu n-Novena tal-Milied b’ċelebrazzjoni penitenzjali bil-qrar fil-knisja fis-6.15pm

Nhar it-Tlieta 24 ta’ Diċembru ssir quddiesa waħda fil-Knisja ta’ San Mikiel fl-Imdawra fil-5.30am għad-dawl tax-xemgħa.
Il-knisja parrokkjali tiftaħ fl-10.30pm u fil-11.00pm tibda l-Velja b’riflessjoni mmexxija miż-żgħażagħ u bil-prietka tradizzjonali. F’nofsillejl tibda l-quddiesa.

Nhar l-Erbgħa 25 ta’ Diċembru, jum il-Milied, il-quddies ikun fl-10am u fis-7pm.

Nhar il-Ħadd 29 ta’ Diċembru niċċelebraw il-Festa tal-Familja Mqaddsa. Isir il-ftuħ tal-Ġublew fl-Arċidjoċesi tagħna fil-5pm mir-Rabat għall-Katidral tal-Imdina.

Taħt is-siġra tal-Milied hemm xi qfief vojta biex fihom iħallu dak li jista’ jkun meħtieġ minn persuni fil-bżonn. Hekk matul in-novena tal-Milied inkunu nistgħu nuru b’mod konkret l-imħabba lejn l-aħwa.

Ħdejn il-bibien tal-knisja ssibu wkoll envelopes li fihom tistgħu tpoġġu l-offerta tagħkom lill-parroċċa għal żmien il-Milied. Grazzi tal-ġenerożità li turu biex jitħallsu l-ispejjeż tal-festi tal-Milied.

Nhar il-Ġimgħa 3 ta’ Jannar sa ssir ħarġa għat-tfal. Dawk li jixtiequ jiġu għadhom iħallu isimhom fis-sagristija biex jirċievu d-dettalji kollha.

Avviżi – 15 ta’ Diċembru 2024

Il-Ħadd 15 ta’ Diċembru sa jkollna fostna lill-Arċisqof.

Dakinhar il-quddiesa tkun fid-9.15am minflok fl-10.00am. Tkun ħaġa sabiħa li nkunu preżenti biex niċċelebraw l-Ewkaristija flimkien mar-ragħaj spiritwali tagħna.

Mil-lum sal-Milied niċċelebraw in-Novena kuljum fil-quddiesa tas-6.15pm. Wara l-quddiesa jkun hemm riflessjoni qasira marbuta mal-Ġublew li sa jibda dalwaqt.

It-Tnejn 16 ta’ Diċembru fis-6.45pm issir ċllebrazzjoni ta’ smigħ tal-Kelma ta’ Alla bil-kant tal-għanjiet tal-Milied.

Il-Ħadd 22 ta’ Diċembru, wara l-quddiesa tal-10.00am, issir il-purċissjoni bil-bambin mat-toroq tar-raħal. Wara l-purċissjoni t-tfal kollha jingħataw rigal ċkejken.

Taħt is-siġra tal-Milied hemm xi qfief vojta biex fihom iħallu dak li jista’ jkun meħtieġ minn persuni fil-bżonn. Hekk matul in-novena tal-Milied inkunu nistgħu nuru b’mod konkret l-imħabba lejn l-aħwa.

Ħdejn il-bibien tal-knisja ssibu wkoll envelopes li fihom tistgħu tpoġġu l-offerta tagħkom lill-parroċċa għal żmien il-Milied. Grazzi tal-ġenerożità li turu biex jitħallsu l-ispejjeż tal-festi tal-Milied.

Ara l-programm kollu tal-Milied.