Avviżi – 9 ta’ Ottubru 2022

It-Tnejn 10 ta’ Ottubru fis-6.45pm sa ssir Ċelebrazzjoni Marjana bit-talba tar-
Rużarju fil-kjostru tal-kunvent. Dakinhar sa jitqassam b’xejn ktieb ġdid bit-talba tar-
Rużarju lil kulħadd. Jekk tkun ix-xita din iċ-ċelebrazzjoni ssir fil-Knisja.

L-Erbgħa fis-6.45pm issir il-Lectio Divina fuq is-silta tal-Evanġelju tal-Ħadd.

Il-Ħamis fis-6.45pm issir Adorazzjoni Ewkaristika fil-Knisja.

Il-Kummissjoni Festa sa tagħmel pastini tal-coconut u tal-lewż. Min jixtieq jista’
jordna għand il-membri tal-Kummissjoni li jkunu ħdejn il-bibien tal-Knisja wara l-
quddies.

Avviżi – 14 ta’ Awwissu 2022

Quddiesa tas-Solennità tat-Tlugħ fis-Sema tal-Verġni Mqaddsa Marija:

Il-Ħadd 14 ta’ Awwissu fis-7:00pm (Quddiesa tal-Vġili)

It-Tnejn 15 ta’ Awwissu fis-6:00am, fid-9:00am u fis-7:00pm

Avviżi -12 ta’ Ġunju 2022

  • It-Tnejn 13 ta’ Ġunju niċċelebraw il-Festa ta’ Sant’Antnin ta’ Padova. Fil-quddiesa tas-7pm jitbierek u jitqassam il-ħobż b’tifkira tal-imħabba lejn il-foqra li kellu Sant’Antnin. F’din il-quddiesa nikkonkludu s-sena kateketika u għalhekk nistiednu lit-tfal kollha jieħdu sehem mal-ġenituri tagħhom.

 

  • L-Erbgħa 15 ta’ Ġunju ssir Lectio Divina fuq is-Silta tal-Evanġelju tal-Ħadd fis-7.30pm
  • Il-Ħamis 16 ta’ Ġunju l-Adorazzjoni Ewkaristika issir fis-6.30pm. Fiha nitolbu b’mod speċjali biex il-Festa Titulari li sa niċċelebraw tkun okkażjoni ta’ għaqda bejnietna u biex nikbru fil-fidi.
  • Dawk li jixtiequ joffru bukkett fjuri jew donazzjoni għall-fjuri biex tiżżejjen il-Knisja fi żmien il-Festa għandhom jagħmlu dan fis-sagristija. Dawk li jixtiequ jagħtu donazzjoni għall-ispejjeż tal-Festa fil-Knisja jistgħu jieħdu envelop minn ħdejn il-bibien tal-Knisja.
  • Is-Sibt 18 ta’ Ġunju ssir siegħa Adorazzjoni Ewkaristika qabel il-quddiesa tas-7.00pm fil-Festa tal-Ġisem u d-Demm Imqaddes tal-Mulej.
  • Fit-8.00pm tibda Festa Familja fuq iz-Zuntier.
  • Nhar il-Ħadd 19 ta’ Ġunju fi tmiem il-quddiesa tal-10.00am nilqgħu lil Ommna Marija fil-bidu tal-Festa tagħha permezz tal-ħruġ min-niċċa.

 

  • Wara l-quddiesa tal-10.00am sa ssir laqgħa organizzattiva għal dawk kollha li sa jieħdu sehem fil-Festa (Kummissjoni Festa, Reffiegħa, Forċini, Fratelli, Helpers u l-Abbatini l-Kbar).
  • Il-quddiesa ta’ filgħaxija ta’ nhar il-Ħadd tkun fil-5.00pm u fiha tingħata l-Ewwel Tqarbina lit-tfal. Fis-6.00pm issir purċissjoni b’Ġesù Sagramentat li tgħaddi minn Misraħ Burmarrad, Triq il-Magħsar, Triq P. Wistin Magro, Triq San Pawl Milqi u Triq Burmarrad.