Avviżi – 17 ta’ Marzu 2024

It-Tnejn, 18 ta’ Marzu -lejlet festa pubblika – sa ssir laqgħa ta’ Eżerċizzi Spiritwali għal kulħadd f’forma ta’ seminar immexxi mis-Sur Mario Muscat SDC fis-7.30pm fid-Dar Parrokkjali. Ikun hemm ħin ta’ riflessjoni u wara nieklu xi ħaġa flimkien. Ikun hemm laqgħa għat-tfal ukoll. It-Tlieta, 19 ta’ Marzu niċċelebraw is-Solennità ta’ San Ġużepp. Il-quddies fil-Knisja tagħna … [Read more…]

Avviżi 31 ta’ Diċembru 2023

Fil-quddiesa tal-Ħadd 31 ta’ Diċembru fis-6.15pm jitkanta l-innu Te Deum bħala tifħir u ringrazzjament lil Alla għas-sena li għaddiet. Nhar it-Tnejn 1 ta’ Jannar niċċelebraw il-Festa ta’ Sidtna Marija Omm Alla. Il-quddies ikun bħall-Ħadd (fis-6.00am, fl-10.00am u fis-6.15pm). F’dan il-jum l-Insara għandhom l-obbigu li jieħdu sehem fil-quddiesa. Il-ġbir fil-quddies tal-1 ta’ Jannar ikun għad-Dar tal-Providenza … [Read more…]

Avviżi – 24 ta’ Settembru 2023

Minn nhar it-Tnejn 25 ta’ Settembru l-quddiesa ta’ filgħaxija tibda tkun kuljum fis-6.15pm. Nhar l-Erbgħa 27 ta’ Settembru ssir il-Lectio Divina fis-6.45pm. Nhar il-Ħamis 28 ta’ Settembru issir Adorazzjoni Ewkaristika fis-6.45pm. Nhar il-Ġimgħa 29 ta’ Settembru niċċelebraw il-Festa tal-Arkanġli Mikiel, Gabrijel u Rafel. Jekk it-temp jippermetti l-quddiesa tas-6.15pm issir fil-Knisja ta’ San Mikiel l-Imdawra. Jekk … [Read more…]