Avviżi 31 ta’ Diċembru 2023

Fil-quddiesa tal-Ħadd 31 ta’ Diċembru fis-6.15pm jitkanta l-innu Te Deum bħala tifħir u ringrazzjament lil Alla għas-sena li għaddiet. Nhar it-Tnejn 1 ta’ Jannar niċċelebraw il-Festa ta’ Sidtna Marija Omm Alla. Il-quddies ikun bħall-Ħadd (fis-6.00am, fl-10.00am u fis-6.15pm). F’dan il-jum l-Insara għandhom l-obbigu li jieħdu sehem fil-quddiesa. Il-ġbir fil-quddies tal-1 ta’ Jannar ikun għad-Dar tal-Providenza … [Read more…]

Avviżi – 24 ta’ Settembru 2023

Minn nhar it-Tnejn 25 ta’ Settembru l-quddiesa ta’ filgħaxija tibda tkun kuljum fis-6.15pm. Nhar l-Erbgħa 27 ta’ Settembru ssir il-Lectio Divina fis-6.45pm. Nhar il-Ħamis 28 ta’ Settembru issir Adorazzjoni Ewkaristika fis-6.45pm. Nhar il-Ġimgħa 29 ta’ Settembru niċċelebraw il-Festa tal-Arkanġli Mikiel, Gabrijel u Rafel. Jekk it-temp jippermetti l-quddiesa tas-6.15pm issir fil-Knisja ta’ San Mikiel l-Imdawra. Jekk … [Read more…]

Avviżi – 20 ta’ Awwissu 2023

Nhar it-Tnejn 21 ta’ Awwissu sa ssir laqgħa għall-ġenituri tat-tfal li jattendu għall-katekeżi fil-parroċċa tagħna fis-7.30pm fil-Knisja. Il-ġenituri diġà rċevew id-dettalji permezz ta’ imejl. Dawk il-ġenituri li għandhom tfal li sa jibdew l-iskola primarja jew li għadhom qatt ma rreġistraw lil uliedhom għall-katekeżi huma mistiedna jagħmlu dan nhar is-Sibt u l-Ħadd li ġej wara l-quddiesa … [Read more…]