TAGĦRIF FUQ IL-KATEKEŻI TAT-TFAL FIL-PARROĊĊA TAGĦNA

Wieħed mid-dmirijiet ewlenin tal-komunità Nisranija huwa li tagħti xhieda tal-fidi tagħha u twassal l-Evanġelju ta’ Ġesù lil kull bniedem. Il-Parroċċa tagħna tfittex li twettaq dan b’diversi modi, fosthom billi toffri katekeżi lit-tfal. Sa ftit snin ilu l-Parroċċa, biex toffri katekeżi tajba lit-tfal, kienet isserraħ fuq is-servizz ġeneruż tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija (MUSEUM) bl-għajnuna ta’ ftit parruċċani. … [Read more…]

Avviżi – 20 ta’ Awwissu 2023

Nhar it-Tnejn 21 ta’ Awwissu sa ssir laqgħa għall-ġenituri tat-tfal li jattendu għall-katekeżi fil-parroċċa tagħna fis-7.30pm fil-Knisja. Il-ġenituri diġà rċevew id-dettalji permezz ta’ imejl. Dawk il-ġenituri li għandhom tfal li sa jibdew l-iskola primarja jew li għadhom qatt ma rreġistraw lil uliedhom għall-katekeżi huma mistiedna jagħmlu dan nhar is-Sibt u l-Ħadd li ġej wara l-quddiesa … [Read more…]

Avviżi – 13 ta’ Awwissu 2023

Nhar it-Tnejn, 14 ta’ Awwissu hija l-Festa ta’ San Massimiljan Kolbe. Dawk li jixtiequ jsiru jafu aktar dwaru jistgħu jieħdu fuljett bil-ħajja tiegħu fil-qosor minn ħdejn il-bibien tal-Knisja. Flimkien mal-ħajja ta’ San Massimiljan issibu wkoll fuljett bil-ħajja ta’ Santa Klara ta’ Assisi. Nhar it-Tlieta, 15 ta’ Awwissu niċċelebraw is-Solennità tat-Tlugħ fis-sema ta’ Sidtna Marija (Santa … [Read more…]