Avviżi – L-11 ta’ Ġunju 2023

It-Tlieta 13 ta Ġunju niċċelebraw il-Festa ta’ Sant’Antnin. Nistiednu lit-tfal kollha li jattendu għall-katekeżi biex jieħdu sehem fil-quddiesa tas-7.00pm li tkun il-konklużjoni tas-sena. Dakinhar dawk li rċevew il-Griżma tal-Isqof u l-Ewwel Tqarbina jingħataw tifkira. L-Erbgħa 14 ta’ Ġunju issir Lectio Divina fis-7.30pm. Il-Ħamis 15 ta’ Ġunju issir Adorazzjoni Ewkaristika fis-7.30pm. Is-Sibt 17 ta’ Ġunju ikun … [Read more…]

Avviżi – 14 ta’ Mejju 2023

It-Tnejn 15 ta’ Mejju sa ssir l-Assemblea Parrokkjali fit-7.45pm fid-Dar Parrokkjali. Dan hu appuntament speċjali għall-parroċċa għaliex fl-assemblea, kull min għandu għal qalbu l-ħajja tal-parroċċa tagħna, hu mistieden biex jgħin fil-proċess ta’ diskussjoni attenta għar-rieda ta’ Alla u evalwazzjoni biex il-parroċċa tagħna tkun komunità aktar ħajja. Kulħadd mistieden. It-Tlieta 16 ta’ Mejju isir it-tberik ta’ … [Read more…]

Avvii – 30 ta’ April 2023

Illum l-aħħar Ħadd tax-xahar issir il-ġabra speċjali għall-knisja. Grazzi tal-għotjiet ġenerużi li jsostnu l-ħidma tal-parroċċa. Illum niċċelebraw Jum il-Vokazzjonijiet. Għalhekk bejn is-7.00am u l-10.00am u bejn is-6.00pm u s-7.00pm issir Adorazzjoni Ewkaristika bħala talba għal aktar vokazzjonijiet għall-ħajja saċerdotali u reliġjuża. Nhar it-Tlieta 2 ta’ Mejju ssir l-aħħar laqgħa tal-kors ta’ formazzjoni liturġika fis-7.30pm fid-Dar … [Read more…]