Avviżi – 24 ta’ Settembru 2023

Minn nhar it-Tnejn 25 ta’ Settembru l-quddiesa ta’ filgħaxija tibda tkun kuljum fis-6.15pm. Nhar l-Erbgħa 27 ta’ Settembru ssir il-Lectio Divina fis-6.45pm. Nhar il-Ħamis 28 ta’ Settembru issir Adorazzjoni Ewkaristika fis-6.45pm. Nhar il-Ġimgħa 29 ta’ Settembru niċċelebraw il-Festa tal-Arkanġli Mikiel, Gabrijel u Rafel. Jekk it-temp jippermetti l-quddiesa tas-6.15pm issir fil-Knisja ta’ San Mikiel l-Imdawra. Jekk … [Read more…]

Avviżi – 17 ta’ Settembru 2023

Kif inhi d-drawwa tal-Knisja sa minn żmien l-Appostli, illum issir il-ġabra għall-Insara fl-Art Imqaddsa. Hekk nuru l-għaqda tagħna mal-Knisja f’Ġerusalemm u ngħinu biex ikunu mħarsa l-postijiet għeżież li fihom għix Ġesù. Nhar l-Erbgħa 20 ta’ Settembru ssir il-Lectio Divina fis-7.30pm. Nhar il-Ħamis 21 ta’ Settembru issir Adorazzjoni Ewkaristika fis-7.30pm. Nhar il-Ħadd 24 ta’ Settembru fil-quddiesa … [Read more…]

TAGĦRIF FUQ IL-KATEKEŻI TAT-TFAL FIL-PARROĊĊA TAGĦNA

Wieħed mid-dmirijiet ewlenin tal-komunità Nisranija huwa li tagħti xhieda tal-fidi tagħha u twassal l-Evanġelju ta’ Ġesù lil kull bniedem. Il-Parroċċa tagħna tfittex li twettaq dan b’diversi modi, fosthom billi toffri katekeżi lit-tfal. Sa ftit snin ilu l-Parroċċa, biex toffri katekeżi tajba lit-tfal, kienet isserraħ fuq is-servizz ġeneruż tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija (MUSEUM) bl-għajnuna ta’ ftit parruċċani. … [Read more…]