Avviżi – 16 ta’ Mejju 2021

Nitolbu għaż-żgħażagħ li sa jirċievu l-Griżma tal-Isqof nhar il-Ħadd li ġej biex l-Ispirtu s-Santu li sa jissawwab fuqhom jimlihom bil-ħajja ġdida ta’ Ġesù huma u jikkonfermaw il-fidi tagħhom u jsaħħu r-rabta tagħhom mal-komunità nisranija. Nhar il-Ħamis fis-7.30pm sa jsiru l-provi għal dawk li sa jirċievu l-Griżma tal-Isqof flimkien mal-parrini tagħhom wara mument qasir ta’ talb … [Read more…]

Mill-Ħadd 18 ta’ April 2021

Dawk il-persuni morda u anzjani li ma joħorġux minn djarhom u li ilhom aktar minn ħmistax-il jum li ħadu t-tieni doża tat-tilqima kontra l-Covid-19 jistgħu jerġgħu jibdew jitqarbnu fi djarhom. Għalhekk nitolbukom tinfurmawna jekk tafu b’xi ħadd li jixtieq jirċievi t-tqarbin u mistax joħroġ. Għalkemm il-laqgħat ta’ katekeżi sa jibqgħu jsiru online sakemm jingħata avviż … [Read more…]