Mill-Ħadd 18 ta’ April 2021

Dawk il-persuni morda u anzjani li ma joħorġux minn djarhom u li ilhom aktar minn ħmistax-il jum li ħadu t-tieni doża tat-tilqima kontra l-Covid-19 jistgħu jerġgħu jibdew jitqarbnu fi djarhom. Għalhekk nitolbukom tinfurmawna jekk tafu b’xi ħadd li jixtieq jirċievi t-tqarbin u mistax joħroġ. Għalkemm il-laqgħat ta’ katekeżi sa jibqgħu jsiru online sakemm jingħata avviż … [Read more…]

Avviżi 10 ta’ Jannar 2021

Matul din il-ġimgħa terġa’ tibda l-katekeżi tat-tfal fil-parroċċa. Il-ġenituri jirċievu d-dettalji permezz ta’ email. Id-dettalji jkunu wkoll fuq il-paġna ta’ Facebook Footsteps Burmarrad. Infakkru fl-importanza tal-laqgħat ta’ katekeżi u b’mod speċjali tal-quddiesa tal-Ħadd. Dawk li għal xi raġuni serja ma jkunux jistgħu jattendu għandhom jiddiskutu d-diffikultà tagħhom ma’ Fr Allister li huwa responsabbli mill-katekeżi tat-tfal … [Read more…]