Avviżi – 20 ta’ Frar 2022

Nhar l-Erbgħa 23 ta’ Frar issir Lectio Divina fuq is-silta tal-Evanġelju tal-Ħadd fis-6.45pm. Nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Frar issir laqgħa ta’ diskussjoni miftuħa għal kulħadd fid-Dar Parrokkjali fid-9.00am. L-Adorazzjoni Ewkaristika għal din il-ġimgħa biss sa ssir nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Frar u sa tkun animata miż-żgħażagħ tal-parroċċa. Nhar is-Sibt 5 ta’ Marzu sa jsir Irtir … [Read more…]

Avviżi – 30 ta’ Jannar 2022

Nhar l-Erbgħa 2 ta’ Frar niċċelebraw il-Festa tal-Preżentazzjoni ta’ Ġesù fit-tempju (il-Gandlora). Fil-quddiesa tas-6.15pm nirċievu x-xemgħa mbierka bħala simbolu ta’ Ġesù d-dawl tagħna. Dakinhar il-Lectio Divina tibda fis-7pm. Dawk kollha li jagħtu xi servizz b’mod regolari fil-parroċċa (katekisti, letturi, animaturi, membri ta’ kunsilli u kummissjonijiet, xogħol amministrattiv, għajnuna fit-tindif u manutenzjoni, eċċ) huma mitluba jimlew … [Read more…]

Avviżi – 23 ta’ Jannar 2022

Aħna u niċċelebraw il-Ħadd tal-Kelma ta’ Alla nagħrfu s-sejħa sabiħa li nimpenjaw ruħna fis-smigħ ta’ Ġesù – il-Kelma ta’ Alla. Infakkru li kull nhar ta’ Erbgħa ssir Lectio Divina fuq is-silta tal-Evanġleju tal-Ħadd ta’ wara fis-6.45pm. Nhar ta’ Ħadd għall-ħabta tad-9.00am fuq il-paġna ta’ Facebook tal-parroċċa jittella filmat ta’ 3 minuti b’riflessjoni qasira fuq l-Evanġelju. … [Read more…]