Avviżi – 3 ta’ April 2022

Nhar it-Tlieta 5 ta’ April fis-7.00pm niċċelebraw il-ħniena ta’ Alla permezz ta’ Ċelebrazzjoni Penitenzjali u l-qrar.  Nhar l-Erbgħa 6 ta’ April fis-7.30pm inkomplu l-mixja tar-Randan permezz tas-smigħ tal-Kelma fil-Lectio Divina fuq l-Evanġelju tal-Ħadd. Nhar il-Ħamis 7 ta’ April fis-7.30pm issir Ċelebrazzjoni tal-Qima tal-Wiċċ ta’ Kristu. Nhar il-Ġimgħa 8 ta’ April issir il-festa devozzjonali tal-Verġni Mqaddsa … [Read more…]

Avviżi – 20 ta’ Marzu 2022

Nhar l-Erbgħa 23 ta’ Marzu fis-6.45pm inkomplu l-mixja tar-Randan permezz tas-smigħ tal-Kelma fil-Lectio Divina fuq l-Evanġelju tal-Ħadd. Nhar il-Ħamis 24 ta’ Marzu fis-6.45pm issir Adorazzjoni tas-Salib. Nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Marzu it-tfal kollha sa jitolbu l-Via Sagra fil-5.00pm fil-Knisja minflok il-laqgħa ta’ katekeżi Nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Marzu, Festa tat-Tħabbira tal-Mulej – il-Lunzjata, fis-6.45pm issir … [Read more…]

Avviżi 27 ta’ Frar 2022

Nhar l-Erbgħa 2 ta’ Marzu jibda ż-żmien tar-Randan bl-Erbgħa tal-Irmied. Huwa jum ta’ sawm u astinenza. Il-Papa qiegħed jistedinna biex it-talb u s-sawm tagħna f’dan il-jum ikun sabiex jieqaf l-attakk fuq l-Ukrajna u ssaltan il-paċi. Il-quddies ikun fil-5.30am u fis-6.15pm. Nofs siegħa qabel kull quddiesa ssir il-Via Sagra.  Ikklikkja biex tara  l-programm kollu tar-Randan u … [Read more…]