Avviżi – 14 ta’ Mejju 2023

It-Tnejn 15 ta’ Mejju sa ssir l-Assemblea Parrokkjali fit-7.45pm fid-Dar Parrokkjali. Dan hu appuntament speċjali għall-parroċċa għaliex fl-assemblea, kull min għandu għal qalbu l-ħajja tal-parroċċa tagħna, hu mistieden biex jgħin fil-proċess ta’ diskussjoni attenta għar-rieda ta’ Alla u evalwazzjoni biex il-parroċċa tagħna tkun komunità aktar ħajja. Kulħadd mistieden. It-Tlieta 16 ta’ Mejju isir it-tberik ta’ … [Read more…]

Avviżi – 19 ta’ Frar 2023

  Nhar l-Erbgħa 22 ta’ Frar jibda r-Randan bl-Erbgħa tar-Rmied. Fil-5.00am issir il-Via Sagra fil-Knisja u quddiesa fil-5.30am. Fil-5.30pm issir Via Sagra fil-ġnien tal-Kunvent u wara pellegrinaġġ qasir lejn il-Knisja fejn issir quddiesa fil-6.15pm. Fis-7.00pm jibda l-ewwel kors ta’ eżerċizzi tar-Randan li sa jsir kull nhar ta’ Erbgħa filgħaxija b’meditazzjoni fuq il-mixja tan-nisrani iggwidata mill-Evanġelju. … [Read more…]

Avviżi – 25 ta’ Settembru 2022

Mil-lum il-quddiesa ta’ filgħaxija tibda tkun kuljum fis-6.15pm filwaqt li l-quddiesa tal-Ħadd fl-10.00am tkun bis-sehem tat-tfal li jattendu għall-katekeżi fil-parroċċa. Nhar it-Tnejn 26 ta’ Settembru sa ssir il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Kummissjoni Festa. Dawk li jixtiequ jkunu membri ta’ din il-kummissjoni għandhom jgħarrfu lill-kappillan. Nhar it-Tlieta 27 ta’ Settembru sa ssir laqgħa għal-letturi u l-animaturi tal-liturġija … [Read more…]