Avviżi tal-Parroċċa | Ħinijiet tal-Quddies | Ħinijiet tal-Uffiċċju Parrokkjali | Ċentru Parrokkjali | Indirizz | Numri tat-Telefon | Ikkuntattjana

Parroċċa Burmarrad
Qalb Bla Tebgħa Ta’ Marija

Avviżi

Il-Ġimgħa, 25 ta’ Awwissu 2017 - Il-Quddies se jsir fil-Crying Room u Bżonn ta' għajnuna għat-Tindif tal-Knisja

Minħabba xi xogħol li sa jsir fil-Knisja matul din il-ġimgħa l-quddies kollu sa jsir fil-crying room mit-Tnejn sal-Ġimgħa filgħodu. Dħul mill-bieb tal-ġenb. Nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Awwissu filgħodu sa jsir it-tindif tal-Knisja. Grazzi lil dawk li sa jagħtu daqqa t’id lill-grupp li matul is-sena kollha jieħu ħsieb li l-knisja tinżamm nadifa.

Is-Sibt, 26 ta’ Awwissu 2017 - Il-Professjoni Sempliċi fl-Ordni tal-Franġiskani għal Michael Grech minn Burmarrad

Fil-Bażilka ta’ San Franġisk f’Assisi żewġ novizzi Maltin sa jsiru patrijiet billi jagħmlu l-Professjoni Sempliċi fl-Ordni tal-Franġiskani Konventwali. Dawn huma fra Robert Calleja minn Birkirkara u fra Michael Grech mill-parroċċa tagħna. Nirringrazzjaw lil Alla għal dawn il-vokazzjonijiet u nitolbu għalihom biex jgħixu b’fedeltà s-sejħa tagħhom.
Is-Sibt ta’ wara, 2 ta’ Settembru, sa nkunu qed nilqgħu fostna li fra Michael fil-quddiesa tas-7pm. Il-preżenza ta’ kull wieħed u waħda minna tkun apprezzata.

 

Programm SkolaSajf 2017 - Burmarrad (aġġornat 7/8/2017)


Ikklikkja biex tniżżel l-Avviżi tal-ġimgħa

Kull nhar ta' Erbgħa

  • Quddiesa għat-Tfal
  • Kull nhar l-Erbgħa l-quddiesa tas-7.00pm tkun bis-sehem tat-tfal. Inħeġġu lit-tfal kollha jattendu. Fis-6.30pm jingħad ir-rużarju u wara l-quddiesa jkun hemm ħin għal-logħob.

Kull nhar ta' Tlieta u Ħamis

  • Adorazzjoni Kumunitarja
  • Kull nhar ta’ Tlieta ssir l-Adorazzjoni Ewkaristika fis-skiet fil-Knisja bejn l-10 am u nofsinhar.
  • Kull nhar ta' Ħamis wara l-quddiesa tas-18.15 (Xitwa) / tas-19.00 (Sajf) jkollna adorazzjoni Komunitarja fil-knisja.

 

Quddies

Matul il-Ġimgħa:
5.30am, 6.15am, 6.15pm (Fix-Xitwa),
7.00pm (Fis-Sajf)

Is-Sibt:
5.30am, 6.15am, 6.15pm (Fix-Xitwa), 7.00pm (Fis-Sajf)

Il-Ħadd:
6.00am, 8.30am, 6.15pm (Fix-Xitwa), 7.00pm (Fis-Sajf)

Kappella tal-Lunzjata, is-Salina
Nhar ta' Sibt fil-5:00pm (fix-Xitwa) fil-5:45pm (fis-Sajf)

Il-Ħinijiet tal-Quddies tas-SAJF fil-Lokalitajiet ta' Burmarrad, San Pawl il-Baħar, il-Qawra, Buġibba u x-Xemxija.

Adorazzjoni lil Ġesu' Sagramentat:
Il-Ħamis wara l-quddies ta' filgħaxija

Uffiċċju Parrokkjali

Ħinijiet tal-ftuħ:
Kull nhar ta' Erbgħa
8.30am - 11.30am
5.00pm - 6.00pm
8.00pm - 9.00pm

Ċentru Parrokkjali
Sant Antnin Ta' Padova

Kappella tac-Centru

Kappella tas-Sagrament
Nhar ta' Tlieta mid-9.00 sal-12.00

Librerija San Ġużepp ta' Kopertino
Kull l-ewwel Sibt tax-Xahar mid-9.00 sal-12.00

Membri tal-Kleru

Patri Christrian Borg
Gwardjan u Kappillan
Patri Guido Muscat
Patri Tumas Calleja
Fra Pietru Quattromani

Indirizz

Kunvent San Franġisk
Triq Burmarrad,
Burmarrad
Malta

Numri tat-Telefon

Tel: (+356) 21573045
Fax: (+356) 21578118
Mob: (+356) 77622275

Ikkuntattjana email

Kappillan - Fr Christian Borg

jew

Webmaster - Paul Gatt

jew

Kumitat Festa (Segretarju - Charlot Agius)

Faċilitajiet fil-Knisja

Arja Kkundizzjonata
Air Condition

Crying Room


Crying Room

Statistika dwar
parroċċaburmarrad.com