Ringrazzjament lill-membri tal-MUSEUM u Konsultazzjoni dwar il-Katekeżi fil-parroċċa

Għeżież ġenituri,
Kif tafu s-Soċjetà tal-MUSEUM qed ittemm il-ħidma tagħha ta’ 80 sena fil-parroċċa tagħna. Huwa xieraq li nirringrazzjaw lil Alla għall-ġid kbir li għamlu fostna l-membri tagħha. Dan sa nagħmluh nhar is-Sibt 11 ta’ Mejju fil-quddiesa tas-7pm meta sa jkollna diversi soċji tal-MUSEUM fostna. Huwa xieraq li dakinhar inkunu lkoll preżenti biex nitolbu flimkien u biex nirringrazzjawhom tas-servizz tagħhom.
Nistedinkom ukoll għal-laqgħa ta’ konsultazzjoni li sa ssir aħna u nfasslu strutturi ġodda għall-katekeżi fil-parroċċa tagħna. Huwa l-waqt li niddiskutu flimkien u nisimgħu s-suġġerimenti ta’ xulxin biex il-katekeżi tat-tfal tkun esperjenza sabiħa ta’ trasmissjoni tal-fidi tagħna. Din il-laqgħa sa ssir nhar il-Ġimgħa 10 ta’ Mejju fis-6.30pm fid-Dar Parrokkjali.