Avviżi – 9 ta’ Ottubru 2022

It-Tnejn 10 ta’ Ottubru fis-6.45pm sa ssir Ċelebrazzjoni Marjana bit-talba tar- Rużarju fil-kjostru tal-kunvent. Dakinhar sa jitqassam b’xejn ktieb ġdid bit-talba tar- Rużarju lil kulħadd. Jekk tkun ix-xita din iċ-ċelebrazzjoni ssir fil-Knisja. L-Erbgħa fis-6.45pm issir il-Lectio Divina fuq is-silta tal-Evanġelju tal-Ħadd. Il-Ħamis fis-6.45pm issir Adorazzjoni Ewkaristika fil-Knisja. Il-Kummissjoni Festa sa tagħmel pastini tal-coconut u tal-lewż. … [Read more…]

Avviżi – 14 ta’ Awwissu 2022

Quddiesa tas-Solennità tat-Tlugħ fis-Sema tal-Verġni Mqaddsa Marija: Il-Ħadd 14 ta’ Awwissu fis-7:00pm (Quddiesa tal-Vġili) It-Tnejn 15 ta’ Awwissu fis-6:00am, fid-9:00am u fis-7:00pm

Avviżi -12 ta’ Ġunju 2022

It-Tnejn 13 ta’ Ġunju niċċelebraw il-Festa ta’ Sant’Antnin ta’ Padova. Fil-quddiesa tas-7pm jitbierek u jitqassam il-ħobż b’tifkira tal-imħabba lejn il-foqra li kellu Sant’Antnin. F’din il-quddiesa nikkonkludu s-sena kateketika u għalhekk nistiednu lit-tfal kollha jieħdu sehem mal-ġenituri tagħhom.   L-Erbgħa 15 ta’ Ġunju ssir Lectio Divina fuq is-Silta tal-Evanġelju tal-Ħadd fis-7.30pm Il-Ħamis 16 ta’ Ġunju l-Adorazzjoni … [Read more…]