Avviżi – 23 ta’ Ottubru 2022

  • L-Erbgħa fis-6.45pm issir il-Lectio Divina fuq is-silta tal-Evanġelju tal-Ħadd.
  • Il-Ħamis fis-6.45pm issir Adorazzjoni Ewkaristika fil-Knisja.
  • Il-Ġimgħa 28 ta’ Ottubru ssir laqgħa ta’ diskussjoni miftuħa għal kulħadd fil-bitħa tal-kunvent fid-9.00am. F’każ li jkun il-maltemp il-laqgħa ssir fid-dar parrokkjali.
  • It-Tnejn 31 ta’ Ottubru sa ssir attività marbuta mal-festa tal-Qaddisin. Fl-4.30pm niltaqgħu fuq iz-zuntier u nitqassmu biex niġbru oġġetti tal-ikel u ħelu mid-djar li mbagħad jingħataw lil nies fil-bżonn. Wara l-quddiesa tas-6.15pm isir festin għal dawk li jkunu ħadu sehem fiċ-Ċentru Parrokkjali. Kulħadd mistieden.

 

 

  • Matul Novembru, kull nhar ta’ Ġimgħa filgħaxija ssir quddiesa b’suffraġju għall-mejtin kollha. Dawk li jixtiequ jistgħu jiktbu l-ismijiet tal-għeżież tagħhom fuq il-formoli li ssibu ħdejn il-bibien tal-Knisja u jqiegħduhom fil-qoffa quddiem l-altar. Id-donazzjonijiet li jkun hemm imorru fil-fond tal-karità tal-parroċċa.

Avviżi – 9 ta’ Ottubru 2022

It-Tnejn 10 ta’ Ottubru fis-6.45pm sa ssir Ċelebrazzjoni Marjana bit-talba tar-
Rużarju fil-kjostru tal-kunvent. Dakinhar sa jitqassam b’xejn ktieb ġdid bit-talba tar-
Rużarju lil kulħadd. Jekk tkun ix-xita din iċ-ċelebrazzjoni ssir fil-Knisja.

L-Erbgħa fis-6.45pm issir il-Lectio Divina fuq is-silta tal-Evanġelju tal-Ħadd.

Il-Ħamis fis-6.45pm issir Adorazzjoni Ewkaristika fil-Knisja.

Il-Kummissjoni Festa sa tagħmel pastini tal-coconut u tal-lewż. Min jixtieq jista’
jordna għand il-membri tal-Kummissjoni li jkunu ħdejn il-bibien tal-Knisja wara l-
quddies.

Avviżi – 14 ta’ Awwissu 2022

Quddiesa tas-Solennità tat-Tlugħ fis-Sema tal-Verġni Mqaddsa Marija:

Il-Ħadd 14 ta’ Awwissu fis-7:00pm (Quddiesa tal-Vġili)

It-Tnejn 15 ta’ Awwissu fis-6:00am, fid-9:00am u fis-7:00pm