Avviżi – 9 ta’ Mejju 2021

Minn nhar it-Tnejn 10 ta’ Mejju jerġgħu jibdew jiltaqgħu l-għaqdiet fil-parroċċa. Nhar it-Tlieta fid-9am jiltaqa’ l-Leġjun ta’ Marija u Nhar il-Ġimgħa fis-7.30pm jiltaqgħu l-adolexxenti u ż-żgħażagħ. Il-katekeżi tat-tfal issir skont kif indikat mill-katekisti. Għandhom jitħarsu dejjem id-direttivi li ħarġu l-awtoritajiet tas-saħħa. F’dan iż-żmien tas-sena hija drawwa li jsir it-tindif tal-partijiet tal-knisja li ma jitnaddfux kull … [Read more…]

Avviżi 25 ta’ April 2021

Illum l-aħħar Ħadd tax-xahar, issir il-ġabra speċjali għall-knisja u l-parroċċa. Nirringrazzjawkom tal-ġenerożità tagħkom. Illum huwa Jum il-Vokazzjonijiet. Nitolbu b’mod speċjali biex il-Mulej ikompli jsejjaħ aktar żgħażagħ għall-ħajja kkonsagrata għas-servizz tal-Knisja. Nhar il-Ġimgħa 30 ta’ April sa jkun Ordnat saċerdot P. Etienne Gilson, Franġiskan Konventwali. Din l-ordinazzjoni sa ssir fil-Knisja tax-Xewkija Għawdex u tistgħu ssegwuha fuq … [Read more…]

Mill-Ħadd 18 ta’ April 2021

Dawk il-persuni morda u anzjani li ma joħorġux minn djarhom u li ilhom aktar minn ħmistax-il jum li ħadu t-tieni doża tat-tilqima kontra l-Covid-19 jistgħu jerġgħu jibdew jitqarbnu fi djarhom. Għalhekk nitolbukom tinfurmawna jekk tafu b’xi ħadd li jixtieq jirċievi t-tqarbin u mistax joħroġ. Għalkemm il-laqgħat ta’ katekeżi sa jibqgħu jsiru online sakemm jingħata avviż … [Read more…]