Avviżi – 17 ta’ Marzu 2024
It-Tnejn, 18 ta’ Marzu -lejlet festa pubblika – sa ssir laqgħa ta’ Eżerċizzi Spiritwali għal kulħadd f’forma ta’ seminar immexxi mis-Sur Mario Muscat SDC fis-7.30pm fid-Dar Parrokkjali. Ikun hemm ħin ta’ riflessjoni u wara nieklu xi ħaġa flimkien. Ikun hemm laqgħa għat-tfal ukoll.
It-Tlieta, 19 ta’ Marzu niċċelebraw is-Solennità ta’ San Ġużepp. Il-quddies fil-Knisja tagħna jkun fil-5.30am u fis-6.15pm.
L-Erbgħa, 20 ta’ Marzu tkompli l-mixja ta’ smigħ tal-Kelma ta’ Alla fil-Lectio Divina li ssir fis-6.45pm.
Il-Ħamis, 21 ta’ Marzu fis-6.45pm issir Adorazzjoni Ewkaristika fil-Knisja.
Il-Ġimgħa, 22 ta’ Marzu festa devozzjonali tal-Imqaddsa Verġni Marija tad-Duluri. Quddies fil-5.30am, f’nofsinhar u fis-6.15pm. Fis-7.00pm tibda purċissjoni bl-istatwa tad-Duluri li tgħaddi minn dawn it-toroq: Burmarrad, San Pawl Milqi, Magħsar u Burmarrad.
Il-Ħadd, 24 ta’ Marzu – Ħadd il-Palm, fl-10.00am infakkru d-daħla ta’ Ġesù f’Ġerusalemm. Iċ-ċelebrazzjoni tibda mill-ġnien tal-kunvent u tkompli bil-quddiesa fil-Knisja.
- Inħeġġukom biex inħallu l-ġranet tal-Ġimgħa Mqaddsa liberi biex bħala nsara niċċelebraw din l-akbar ġrajja flimkien fil-Knisja.
- Sabiex fil-lejl ta’ Ħamis ix-Xirka ssir mixegħla bix-xemgħat fuq iz-zuntier, l-abbatini qed ibiegħu ix-xemgħat wara kull quddiesa. Sa jintużaw biss dawk li jbiegħu l-abbatini biex ikunu kollha l-istess.
- Ħdejn il-bieb tal-Knisja ssibu envelopes li fihom tistgħu tpoġġu l-għotja ta’ karità ta’ dan ir-Randan għall-ikel li l-Kċina ta’ Marta tipprovdi lil nies fil-bżonn f’Malta. Dan tistgħu ġġibuhom magħkom il-Knisja fil-ġimgħat li ġejjin. Flus kontanti m’għandhomx jitħallew fil-kaxxa tal-ittri tal-kunvent jew tal-Uffiċċju Parrokkjali.
- Il-Kummissjoni Festa qed tilqa’ l-ordinijiet tal-figolli b’riżq il-Festa. Booking għand il-membri tal-Kummissjoni jew fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Festa.
It-Tnjen, 1 ta’ April 2024 – Ġita għall-Għawdex