Avviżi – 19 ta’ Novembru 2023

Nhar l-Erbgħa 22 ta’ Novembru issir Lectio Divina fis-6.45pm.

Nhar il-Ħamis 23 u l-Ġimgħa 24 ta’ Novembru sa ssir l-Assemblea Djoċesana bejn is-6.30pm u t-8.30pm fiċ-ĊAK Birkirkara.

Matul ix-xahar ta’ Novembru, kull nhar ta’ Ġimgħa, il-quddiesa ta’ filgħaxija tkun b’suffraġju għall-mejtin kollha li jkun hemm isimhom fuq il-fuljetti li tistgħu tieħdu minn ħdejn il-bibien tal-Knisja. Id-donazzjonijiet kollha li jkun hemm mal-fuljetti jmorru fil-fond tal-karità tal-parroċċa.

Il-Kummissjoni Festa sa jkollha biskuttini għall-bejgħ b’risq il-festa. Tistgħu tordnaw għand il-membri tal-Kummissjoni jew fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Festa.

Is-Sibt 2 ta’ Diċembru sa jsir irtir bi tħejjija għall-avvent fil-Knisja tal-Manikata bejn id-9.15am u n-12.30pm. F’nofsinhar ikun hemm xi ħaġa tal-ikel għal kulħadd għalhekk min sa jattendi għandu jħalli ismu fis-sagristija. Dan l-irtir huwa organizzat flimkien mal-parroċċi ta’ San Pawl il-Baħar u l-Qawra.

Fis-7.15pm sa jsir kunċert fil-Knisja tagħna bħala parti mill-Festival Internazzjonali tal-Korijiet. Id-dħul hu b’xejn u kulħadd huwa mistieden.

Avviżi – 5 ta’ Novembru 2023

Nhar il-Ħadd li ġej 12 ta’ Novembru niċċelebraw il-festa ta’ San Martin. Fl-10.00am quddiesa mat-tfal tal-katekeżi u l-familji tagħhom. 
Tingħata borża ta’ San Martin lit-tfal kollha
Wara l-quddiesa jkun hemm ħin ta’ logħob fuq il-bouncy castles għat-tfal fil-bitħa tal-kunvent u niċċelebraw lil dawk li jagħlqu sninhom f’Novembru
 

Avviżi – 29 ta’ Ottubru 2023

Nhar it-Tlieta 31 ta’ Ottubru sa ssir attività marbuta mal-festa tal-Qaddisin. Fil-4.45pm niltaqgħu fuq iz-zuntier u nitqassmu biex niġbru oġġetti tal-ikel u ħelu mid-djar li mbagħad jingħataw lil nies fil-bżonn. Wara l-quddiesa tas-6.15pm isir festin għal dawk li jkunu ħadu sehem fil-bitħa tal-kunvent. It-tfal jistgħu jilbsu bħall-qaddis favorit tagħhom. Kulħadd mistieden.

Nhar l-Erbgħa 1 ta’ Novembru niċċelebraw il-Festa tal-Qaddisin kollha. Wara l-quddiesa tas-6.15pm issir Lectio Divina.

Nhar il-Ħamis 2 ta’ Novembru nagħmlu t-Tifkira tal-mejtin kollha. Il-quddies ikun fil-5.30am u fis-6.15pm. Wara l-quddiesa ssir Adorazzjoni Ewkaristika.

Matul ix-xahar ta’ Novembru, kull nhar ta’ Ġimgħa, il-quddiesa ta’ filgħaxija tkun b’suffraġju għall-mejtin kollha li jkun hemm isimhom fuq il-fuljetti li tistgħu tieħdu minn ħdejn il-bibien tal-Knisja. Id-donazzjonijiet kollha li jkun hemm mal-fuljetti jmorru fil-fond tal-karità tal-parroċċa.

Nhar il-Ħadd 5 ta’ Novembru ssir quddiesa fiċ-ċimiterju fl-4.00pm. Matul ix-xahar ta’ Novembru ċ-ċimiterju jkun miftuħ kuljum bejn is-7.30am u l-4.00pm.

Wara li ntemm il-Kapitlu Provinċjali tal-Patrijiet P. Christian Borg kien ikkonfermat bħala kappillan għall-erba’ snin li ġejjin filwaqt li P. Allister Aquilina sa jkompli jservi bħala viċi-kappillan tal-parroċċa tagħna.