Avviżi – 20 ta’ Ġunju 2021

Matul il-ġimgħa li ġejja sa nkunu qed niċċelebraw il-Festa Titulari f’ġieħ il-Qalb bla tebgħa ta’ Marija. Din hija okkażjoni biex flimkien bħala komunità nisranija, fuq l-eżempju ta’ Ommna Marija, nagħmlu mixja spiritwali. Nistednukom biex tingħaqdu magħna f’din iċ-ċelebrazzjoni tal-fidi tagħna. Mit-Tnejn sal-Ġimgħa kuljum nitolbu r-Rużarju u l-Kurunella fis-6.30pm u niċċelebraw il-Quddiesa fis-7pm. It-Tnejn, tkun Quddiesa … [Read more…]

Avviżi – 6 ta’ Ġunju 2021

Nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Ġunju niċċelebraw il-Festa tal-Qalb ta’ Ġesù. Fil-quddiesa tas-7pm issir il-konklużjoni tas-sena kateketika bil-parteċipazzjoni tat-tfal tal-parroċċa (dawk li s-soltu jkollhom il-laqgħa ta’ Katekeżi nhar ta’ Ġimgħa, illum ma ssirx). Nistiednu lit-tfal biex iġibu magħhom xemgħa jew fjuri biex jitqiegħdu quddiem Ġesù. Infakkrukom li minkejja li l-laqgħat ta’ katekeżi jieqfu għas-Sajf, il-quddiesa tal-Ħadd fl-10am (li fiha jkun hemm Katekeżi apposta għat-tfal) tibqa’ ssir … [Read more…]

Avviżi – 30 ta’ Mejju 2021

Il-Ħamis 3 ta’ Ġunju wara l-quddiesa tas-7pm issir Adorazzjoni Ewkaristika fl-okkażjoni tal-Festa ta’ Corpus Domini – Il-Ġisem u d-Demm Imqaddes ta’ Ġesù. Tkun ħaġa sabiħa li, għalkemm din is-sena ma nistgħux nagħmlu l-purċissjoni b’Ġesù Sagramentat, ngħaddu ftit ħin fit-talb u l-adorazzjoni flimkien. Il-Ħadd 6 ta’ Ġunju grupp ta’ tfal mill-parroċċa tagħna sa jirċievu l-Ewwel Tqarbina. … [Read more…]