Avviżi 27 ta’ Frar 2022

Nhar l-Erbgħa 2 ta’ Marzu jibda ż-żmien tar-Randan bl-Erbgħa tal-Irmied. Huwa jum ta’ sawm u astinenza. Il-Papa qiegħed jistedinna biex it-talb u s-sawm tagħna f’dan il-jum ikun sabiex jieqaf l-attakk fuq l-Ukrajna u ssaltan il-paċi. Il-quddies ikun fil-5.30am u fis-6.15pm. Nofs siegħa qabel kull quddiesa ssir il-Via Sagra.  Ikklikkja biex tara  l-programm kollu tar-Randan u … [Read more…]

Avviżi – 20 ta’ Frar 2022

Nhar l-Erbgħa 23 ta’ Frar issir Lectio Divina fuq is-silta tal-Evanġelju tal-Ħadd fis-6.45pm. Nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Frar issir laqgħa ta’ diskussjoni miftuħa għal kulħadd fid-Dar Parrokkjali fid-9.00am. L-Adorazzjoni Ewkaristika għal din il-ġimgħa biss sa ssir nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Frar u sa tkun animata miż-żgħażagħ tal-parroċċa. Nhar is-Sibt 5 ta’ Marzu sa jsir Irtir … [Read more…]

Avviżi – 6 ta’ Frar 2022

Nhar l-Erbgħa 9 ta’ Frar issir Lectio Divina fis-7pm. Nhar il-Ħamis 10 ta’ Frar, Festa ta’ San Pawl, il-quddies ikun bħal tal-Ħadd fis-6.00am, fl-10.00am u fis-6.15pm. Minn nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Frar sal-Ħadd 13 ta’ Frar sa jkollna fostna x-xbieha tal-Madonna tas-Saħħa mis-Santwarju tar-Rabat. Il-Ġimgħa fis-5.45pm nitolbu r-rużarju quddiem ix-xbieha tal-Ommna Marija fit-tifkira tal-ewwel dehra … [Read more…]