Avviżi – 19 ta’ Frar 2023

  Nhar l-Erbgħa 22 ta’ Frar jibda r-Randan bl-Erbgħa tar-Rmied. Fil-5.00am issir il-Via Sagra fil-Knisja u quddiesa fil-5.30am. Fil-5.30pm issir Via Sagra fil-ġnien tal-Kunvent u wara pellegrinaġġ qasir lejn il-Knisja fejn issir quddiesa fil-6.15pm. Fis-7.00pm jibda l-ewwel kors ta’ eżerċizzi tar-Randan li sa jsir kull nhar ta’ Erbgħa filgħaxija b’meditazzjoni fuq il-mixja tan-nisrani iggwidata mill-Evanġelju. … [Read more…]

L-Aħħar Tislima lil Patri Guido Muscat OFM Conv.

P. Guido Muscat li għal aktar minn 45 sena kien parti mill-komunità tal-patrijiet f’Burmarrad u ta servizz bi mħabba kbira lill-parroċċa tagħna. Qatt mhu se ninsew l-għajnuna u l-ħidma tiegħek fostna, u nwegħduk li nibqgħu ngħożżu l-memorji tiegħek f’qalbna.  Grazzi Patri Guido