Avviżi – 14 ta’ Mejju 2023

It-Tnejn 15 ta’ Mejju sa ssir l-Assemblea Parrokkjali fit-7.45pm fid-Dar Parrokkjali. Dan hu appuntament speċjali għall-parroċċa għaliex fl-assemblea, kull min għandu għal qalbu l-ħajja tal-parroċċa tagħna, hu mistieden biex jgħin fil-proċess ta’ diskussjoni attenta għar-rieda ta’ Alla u evalwazzjoni biex il-parroċċa tagħna tkun komunità aktar ħajja. Kulħadd mistieden. It-Tlieta 16 ta’ Mejju isir it-tberik ta’ … [Read more…]

Avvii – 30 ta’ April 2023

Illum l-aħħar Ħadd tax-xahar issir il-ġabra speċjali għall-knisja. Grazzi tal-għotjiet ġenerużi li jsostnu l-ħidma tal-parroċċa. Illum niċċelebraw Jum il-Vokazzjonijiet. Għalhekk bejn is-7.00am u l-10.00am u bejn is-6.00pm u s-7.00pm issir Adorazzjoni Ewkaristika bħala talba għal aktar vokazzjonijiet għall-ħajja saċerdotali u reliġjuża. Nhar it-Tlieta 2 ta’ Mejju ssir l-aħħar laqgħa tal-kors ta’ formazzjoni liturġika fis-7.30pm fid-Dar … [Read more…]

Avviżi – 23 ta’ April 2023

Nhar it-Tnejn 24 ta’ April issir it-tieni laqgħa għall-ġenituri tat-tfal li sa jirċievu l-Ewwel Tqarbina fis-7.15pm fiċ-Ċentru Parrokkjali. Nhar it-Tlieta 25 ta’ April ikompli kors ta’ formazzjoni fis-7.30pm fid-Dar Parrokkjali. Nhar l-Erbgħa 26 ta’ April Lectio Divina fis-7.30pm. Nhar il-Ħamis 20 ta’ April issir Adorazzjoni Ewkaristika fis-7.30pm. Nhar il-Ħadd 30 ta’ April niċċelebraw Jum il-Vokazzjonijiet. … [Read more…]