L-Aħħar Tislima lil Patri Guido Muscat OFM Conv.

P. Guido Muscat li għal aktar minn 45 sena kien parti mill-komunità tal-patrijiet f’Burmarrad u ta servizz bi mħabba kbira lill-parroċċa tagħna.

Qatt mhu se ninsew l-għajnuna u l-ħidma tiegħek fostna, u nwegħduk li nibqgħu ngħożżu l-memorji tiegħek f’qalbna. 

Grazzi Patri Guido

Purċissjoni bil-Bambin – 16 ta’ Diċembru 2022

Il-Ħadd li ġej sa ssir il-Purċissjoni bil-Bambin fid-9.15am. Niltaqgħu ħdejn iċ-Ċentru Parrokkjali. 

Wara l-quddiesa ssir il-Premjazzjoni tat-tfal.

Infakkarkom li l-Ħamis, 15 ta’ Diċembru 2022 bdejna n-Novena tal-Milied (disat ijiem ta’ tħejjija). Bħala komunità sa nistennew lill-Mulej flimkien permezz tal-quddiesa tas-6.15pm. Fi tmiem il-quddiesa ssir riflessjoni qasira bl-għajnuna ta’ wieħed mill-pasturi li nsibu fil-presepju. Jittellgħu rigali sbieħ għat-tfal preżenti kuljum! Ejjew ma nitilfux din l-okkażjoni li tgħinna fil-preparazzjoni tagħna għall-festa tal-Milied.