Avviżi – 1 ta’ Mejju 2022

Matul ix-xahar ta’ Mejju il-membri tal-Leġjun ta’ Marija sa jkunu qed jitolbu r-rużarju fil-kjostru tal-kunvent kull nhar ta’ Tlieta fis-6.30pm. Kulħadd mistieden. Nhar l-Erbgħa 4 ta’ Mejju ssir Lectio Divina fuq is-Silta tal-Evanġelju tal-Ħadd fis-7.30pm Nhar il-Ħamis 5 ta’ Mejju ssir Adorazzjoni Ewkarisika fis-7.30pm. Nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Mejju sa ssir laqgħa għall-ġenituri ta’ dawk … [Read more…]

Avviżi 17 ta’ April 2022

Il-komunità tal-patrijiet tawgura lill-parruċċani u lil dawk kollha li jiffrekwentaw din il-knisja Għid qaddis. Nirringrazzjaw minn qalbna lil dawk kollha li matul il-ġimgħa mqaddsa għinu f’dak kollu li kien meħtieġ biex niċċelebraw kif jixraq il-festi tal-Għid. Matul il-Ġimgħa li ġejja l-Knisja tiċċelebra l-Għid permezz tal-Ottava. Tkun ħaġa sabiħa li nieħdu sehem fil-quddiesa kuljum biex inkomplu … [Read more…]

Avviżi – 3 ta’ April 2022

Nhar it-Tlieta 5 ta’ April fis-7.00pm niċċelebraw il-ħniena ta’ Alla permezz ta’ Ċelebrazzjoni Penitenzjali u l-qrar.  Nhar l-Erbgħa 6 ta’ April fis-7.30pm inkomplu l-mixja tar-Randan permezz tas-smigħ tal-Kelma fil-Lectio Divina fuq l-Evanġelju tal-Ħadd. Nhar il-Ħamis 7 ta’ April fis-7.30pm issir Ċelebrazzjoni tal-Qima tal-Wiċċ ta’ Kristu. Nhar il-Ġimgħa 8 ta’ April issir il-festa devozzjonali tal-Verġni Mqaddsa … [Read more…]