Il-Ħadd li ġej sa ssir il-Purċissjoni bil-Bambin fid-9.15am. Niltaqgħu ħdejn iċ-Ċentru Parrokkjali.
Wara l-quddiesa ssir il-Premjazzjoni tat-tfal.
Infakkarkom li l-Ħamis, 15 ta’ Diċembru 2022 bdejna n-Novena tal-Milied (disat ijiem ta’ tħejjija). Bħala komunità sa nistennew lill-Mulej flimkien permezz tal-quddiesa tas-6.15pm. Fi tmiem il-quddiesa ssir riflessjoni qasira bl-għajnuna ta’ wieħed mill-pasturi li nsibu fil-presepju. Jittellgħu rigali sbieħ għat-tfal preżenti kuljum! Ejjew ma nitilfux din l-okkażjoni li tgħinna fil-preparazzjoni tagħna għall-festa tal-Milied.