Avviżi – 7 ta’ Ġunju 2022
F’dan il-jum li fih niċċelebraw id-don tal-Ispirtu s-Santu lill-Knisja nitolbu b’mod speċjali għal 12-il persuna li sa jirċievu s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof fil-parroċċa tagħna.
Nhar l-Erbgħa ssir Lectio Divina fuq is-Silta tal-Evanġelju tal-Ħadd fis-7.30pm
Nhar il-Ħamis 9 ta’ Ġunju fl-4.15pm sa jsir il-funeral ta’ Giuditta Gauci. Bħala soċja tal-MUSEUM, Giuditta ddedikat il-ħajja twila tagħha għat-tagħlim tat-tfal ta’ Burmarrad. Dakinhar il-quddiesa tas-7.00pm ma ssirx.
Nhar il-Ġimgħa 10 ta’ Ġunju sa ssir tindifa ġenerali tal-Knisja bi tħejjija għall-Festa Titulari mit-8.00am ’il quddiem. Kull għajnuna hija apprezzata ħafna.
Dawk li jixtiequ joffru bukkett fjuri jew donazzjoni għall-fjuri biex tiżżejjen il-Knisja fi żmien il-Festa għandhom jagħmlu dan fis-sagristija. Dawk li jixtiequ jagħtu donazzjoni għall-ispejjeż tal-Festa fil-Knisja jistgħu jieħdu envelop minn ħdejn il-bibien tal-Knisja.
(Fil-quddiesa tal-10.00am) – Minħabba li riesaq is-sajf u s-sħana qed iżżid qed naħsbu jekk din il-quddiesa għandhiex issir aktar kmieni matul Lulju u Awwissu. Nitolbukom tesprimu l-opinjoni tagħkom billi timlew kwestjonarju qasir ħafna qabel ma toħorġu mill-Knisja.