Avviżi – 12 ta’ Jannar 2025
Nhar l-Erbgħa 15 ta’ Jannar nerġgħu nibdew il-mixja tal-Lectio Divina fid-dar parrokkjali fis-6.45pm. Fil-ġimgħat li ġejjin sa nirriflettu fuq l-Ittra lill-Galatin.
Nhar il-Ħamis 16 ta’ Jannar issir Adorazzjoni Ewkaristika fis-6.45pm.
Nhar is-Sibt 18 ta’ Jannar infakkru l-54 sena mit-twaqqif tal-parroċċa tagħna. Fil-quddiesa tas-6.15pm nirringrazzjaw lill-Mulej għall-mixja tal-parroċċa tagħna.
Nhar is-Sibt 25 ta’ Jannar il-Kummissjoni Festa sa torganizza Pizza Night b’risq il-Festa. Booking għand il-membri tal-Kummissjoni sa nhar l-Erbgħa 22 ta’ Jannar.
Nhar il-Ġimgħa 31 ta’ Jannar sa ssir Treasure Hunt għall-familji tal-parroċċa. Kull grupp jista’ jkollu bejn 2 u 5 persuni li waħda minnhom trid tkun adulta. Tista’ tirreġistra fis-sagristija jew online.
Sa jsir kors dwar il-kmandamenti għaż-żgħażagħ minn 18-il sena ’il fuq. Aktar tagħrif fuq www.10k.mt.
Avviżi – 3 ta’ Novembru 2024
Nhar it-Tlieta 5 ta’ Novembru fl-4.15pm sa jsir il-funeral ta’ Saviour Bezzina. Ma ssirx quddiesa fis-6.15pm.
Nhar l-Erbgħa 6 ta’ Novembru fit-3.30pm se jsir il-funeral ta’ Joseph Farrugia. Ma ssirx quddiesa fis-6.15pm, il-Lectio Divina ssir fis-6.45pm fid-Dar Parrokkjali.
Nhar il-Ħamis 7 ta’ Novembru ssir l-Adorazzjoni Ewkaristika fis-6.45pm fil-Knisja.
Kull nhar ta’ Ġimgħa matul ix-xahar ta’ Novembru ssir quddiesa b’suffraġju għall-erwieħ tal-mejtin li jkun hemm isimhom fil-fuljetti li ssibu ħdejn il-bibien tal-knisja u tpoġġuhom fil-qoffa quddiem l-altar. Id-donazzjonijiet flimkien mal-fuljett jmorru għall-fond tal-karità tal-parroċċa.
Dawk li jixtiequ joffru quddies b’suffraġju għall-mejtin jew xi intenzjonijiet oħra f’xi dati partikulari fis-sena 2025 għandhom jibbukkjaw fis-sagristija wara l-quddies mill-aktar fis.
Nhar il-Ħadd 10 ta’ Novembru fil-quddiesa tal-10.00am niċċelebraw il-Festa ta’ San Martin u tingħata l-borża ta’ San Martin lit-tfal kollha. Wara l-quddiesa sa jkun hemm il-pulizija tal-komunità u ħaddiema tal-FSWS fuq iz-zuntier biex jiltaqgħu ma’ dawk preżenti u nsiru nafu aktar dwar is-servizzi li joffru.
Nhar it-Tnejn 11 ta’ Novembru sa ssir laqgħa għal-letturi fil-knisja fis-6.45pm. Din il-laqgħa hi kemm dawk li diġà jaqraw u anki għal-letturi ġodda.