Avviżi – 22 ta’ Diċembru 2024

Illum wara l-quddiesa tal-10am issir il-purċissjoni b’ Ġesù Bambin. Wara jingħata rigal ċkejken lit-tfal kollha. Nhar it-Tnejn 23 ta’ Diċembru nagħlqu n-Novena tal-Milied b’ċelebrazzjoni penitenzjali bil-qrar fil-knisja fis-6.15pmNhar it-Tlieta 24 ta’ Diċembru ssir quddiesa waħda fil-Knisja ta’ San Mikiel fl-Imdawra fil-5.30am għad-dawl tax-xemgħa.Il-knisja parrokkjali tiftaħ fl-10.30pm u fil-11.00pm tibda l-Velja b’riflessjoni mmexxija miż-żgħażagħ u bil-prietka tradizzjonali. … [Read more…]

Avviżi – 15 ta’ Diċembru 2024

Il-Ħadd 15 ta’ Diċembru sa jkollna fostna lill-Arċisqof. Dakinhar il-quddiesa tkun fid-9.15am minflok fl-10.00am. Tkun ħaġa sabiħa li nkunu preżenti biex niċċelebraw l-Ewkaristija flimkien mar-ragħaj spiritwali tagħna. Mil-lum sal-Milied niċċelebraw in-Novena kuljum fil-quddiesa tas-6.15pm. Wara l-quddiesa jkun hemm riflessjoni qasira marbuta mal-Ġublew li sa jibda dalwaqt. It-Tnejn 16 ta’ Diċembru fis-6.45pm issir ċllebrazzjoni ta’ smigħ … [Read more…]

Avviżi 21 ta’ Lulju 2024

Nistiednu lill-ġenituri tat-tfal li jattendu għall-katekeżi għal laqgħa li sa ssir nhar il-Ġimgħa 26 ta’ Lulju 2024 fis-7.30pm fid-Dar Parrokkjali (141, Triq Burmarrad) F’din il-laqgħa sa nevalwaw is-sena li għaddiet u nippjanaw il-mixja tat-tfal għas-sena 2024-2025. Huma mistiedna anki dawk li sa jibdew il-katekeżi din is-sena u dak li kienu qed jattendu f’xi ċentru ieħor … [Read more…]