Avviżi – l-1 ta’ Frar 2025

Illum, niċċelebraw il-Festa tal-Preżentazzjoni ta’ Ġesù fit-tempju (il-Gandlora). Fil-quddiesa tal-10am jsir it-tberik tax-xemgħa. Nhar l-Erbgħa 5 ta’ Frar issir Lectio Divina fid-dar parrokkjali fis-6.45pm. Nhar il-Ħamis 6 ta’ Frar issir Adorazzjoni Ewkaristika fis-6.45pm. Nhar it-Tnejn 10 ta’ Frar niċċelebraw il-Festa ta’ San Pawl. Hija Festa Kkmandata bl-obbligu tal-parteċipazzjoni fil-quddiesa. Il-Ħinijiet tal-quddies ikunu bħal tal-Ħadd: fis-6.00am, … [Read more…]

Avviżi – 22 ta’ Diċembru 2024

Illum wara l-quddiesa tal-10am issir il-purċissjoni b’ Ġesù Bambin. Wara jingħata rigal ċkejken lit-tfal kollha. Nhar it-Tnejn 23 ta’ Diċembru nagħlqu n-Novena tal-Milied b’ċelebrazzjoni penitenzjali bil-qrar fil-knisja fis-6.15pmNhar it-Tlieta 24 ta’ Diċembru ssir quddiesa waħda fil-Knisja ta’ San Mikiel fl-Imdawra fil-5.30am għad-dawl tax-xemgħa.Il-knisja parrokkjali tiftaħ fl-10.30pm u fil-11.00pm tibda l-Velja b’riflessjoni mmexxija miż-żgħażagħ u bil-prietka tradizzjonali. … [Read more…]

Avviżi – 15 ta’ Diċembru 2024

Il-Ħadd 15 ta’ Diċembru sa jkollna fostna lill-Arċisqof. Dakinhar il-quddiesa tkun fid-9.15am minflok fl-10.00am. Tkun ħaġa sabiħa li nkunu preżenti biex niċċelebraw l-Ewkaristija flimkien mar-ragħaj spiritwali tagħna. Mil-lum sal-Milied niċċelebraw in-Novena kuljum fil-quddiesa tas-6.15pm. Wara l-quddiesa jkun hemm riflessjoni qasira marbuta mal-Ġublew li sa jibda dalwaqt. It-Tnejn 16 ta’ Diċembru fis-6.45pm issir ċllebrazzjoni ta’ smigħ … [Read more…]