Avviżi – 12 ta’ Settembru 2021

Infakkru li matul ix-xahar ta’ Settembru, wara l-quddies tas-Sibt u l-Ħadd qed issir ir-reġistrazzjoni tat-tfal li sa jibdew jattendu għall-katekeżi fil-parroċċa. Għalkemm il-formola tista’ tinstab f’dan il-link u timtela’ minn qabel, xorta trid tkun iffirmata miż-żewġ ġenituri quddiem il-kappillan. Reġistrazzjoni għad-Duttrina Minn nhar il-Ħadd li ġej 19 ta’ Settembru l-quddiesa tal-10am tal-Ħadd terġa’ tibda tkun … [Read more…]

Avviżi – 29 ta’ Awwissu 2021

Matul ix-xahar ta’ Settembru, wara l-quddies tas-Sibt u l-Ħadd issir ir-reġistrazzjoni tat-tfal li sa jibdew jattendu għall-katekeżi fil-parroċċa. It-tfal li mhumiex mgħammdin fil-parroċċa jkunu jeħtieġu ċertifikat reċenti tal-magħmudija. Dawk li kienu diġà rreġistrati fis-snin ta’ qabel m’għandhomx bżonn jerġgħu jinkitbu u sa jirċievu imejl bid-dettalji fil-jiem li ġejjin. Infakkru li l-parteċipizzjoni fiż-żewġ laqgħat ta’ kull … [Read more…]

Avviżi – 22 ta’ Awwissu 2021

It-Tlieta 24 ta’ Awwissu sa ssir quddiesa għat-tfal fis-7pm. Wara jkun hemm logħob organizzat miż-żgħażagħ tal-parroċċa. Dan sa jsir fil-bitħa tal-kunvent skont il-miżuri għall-ħarsien tas-saħħa. Inħeġġu lit-tfal jieħdu sehem. Il-Ħamis 26 ta’ Awwissu ssir Adorazzjoni Ewkaristika fis-7.30pm bit-tema “Sabiħ tagħti ħajtek” bis-sehem taż-żgħażagħ li bħalissa qed jagħmlu esperjenza ta’ summer camp flimkien. Il-Ġimgħa 27 ta’ … [Read more…]