Avviżi – L-4 ta’ Settembru 2022

Nhar il-Ħamis 8 ta’ Settembru niċċelebraw is-Solennità tat-Twelid tal-Verġni Marija. Il-quddies ikun fil-5.30am u fis-7.00pm. Għal din il-ġimgħa biss mhux sa jsiru l-Lectio Divina u l-Adorazzjoni Ewkaristika. Bħala għeluq tal-attivitajiet tas-sajf għat-tfal sa ssir quddiesa nhar il-Ġimgħa fis- 7.00pm u wara jkun hemm logħob fil-bitħa tal-kunvent bejn is-7.30 u 8.30pm għat-tfal u wara għaż-żgħażagħ. Dawk … [Read more…]

Avviżi – 19 ta’ Ġunju 2022

Nhar il-Ħadd 19 ta’ Ġunju fi tmiem il-quddiesa tal-10.00am nilqgħu lil Ommna Marija fil-bidu tal-Festa tagħha permezz tal-ħruġ min-niċċa. Wara l-quddiesa tal-10.00am sa ssir laqgħa organizzattiva għal dawk kollha li sa jieħdu sehem fil-Festa (Kummissjoni Festa, Reffiegħa, Forċini, Fratelli, Helpers u l-Abbatini l-Kbar). Il-quddiesa ta’ filgħaxija ta’ nhar il-Ħadd tkun fil-5.00pm u fiha tingħata l-Ewwel … [Read more…]

Avviżi – 1 ta’ Mejju 2022

Matul ix-xahar ta’ Mejju il-membri tal-Leġjun ta’ Marija sa jkunu qed jitolbu r-rużarju fil-kjostru tal-kunvent kull nhar ta’ Tlieta fis-6.30pm. Kulħadd mistieden. Nhar l-Erbgħa 4 ta’ Mejju ssir Lectio Divina fuq is-Silta tal-Evanġelju tal-Ħadd fis-7.30pm Nhar il-Ħamis 5 ta’ Mejju ssir Adorazzjoni Ewkarisika fis-7.30pm. Nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Mejju sa ssir laqgħa għall-ġenituri ta’ dawk … [Read more…]