Avviżi – 5 ta’ Novembru 2023

Nhar il-Ħadd li ġej 12 ta’ Novembru niċċelebraw il-festa ta’ San Martin. Fl-10.00am quddiesa mat-tfal tal-katekeżi u l-familji tagħhom.  Tingħata borża ta’ San Martin lit-tfal kollha Wara l-quddiesa jkun hemm ħin ta’ logħob fuq il-bouncy castles għat-tfal fil-bitħa tal-kunvent u niċċelebraw lil dawk li jagħlqu sninhom f’Novembru  

Avviżi – 29 ta’ Ottubru 2023

Nhar it-Tlieta 31 ta’ Ottubru sa ssir attività marbuta mal-festa tal-Qaddisin. Fil-4.45pm niltaqgħu fuq iz-zuntier u nitqassmu biex niġbru oġġetti tal-ikel u ħelu mid-djar li mbagħad jingħataw lil nies fil-bżonn. Wara l-quddiesa tas-6.15pm isir festin għal dawk li jkunu ħadu sehem fil-bitħa tal-kunvent. It-tfal jistgħu jilbsu bħall-qaddis favorit tagħhom. Kulħadd mistieden. Nhar l-Erbgħa 1 ta’ Novembru … [Read more…]

Avviżi – 22 ta’ Ottubru 2023

Matul din il-ġimgħa l-Patrijiet Franġiskani Konventwali sa jkunu qed jiċċelebraw it-tieni parti tal-Kapitlu Provinċjali. Nitolbu għall-Patrijiet biex f’dawn il-jiem jagħarfu r-rieda ta’ Alla għalihom f’dan il-mument partikulari. Għalhekk għal din il-ġimgħa biss bejn nhar it-Tlieta u l-Ġimgħa sa ssir quddiesa waħda fis-6.15pm biss. Filgħodu jintalab ir-Rużarju fil-5.30am, filgħaxija t-talba tar-rużarju tkun fis-5.50pm u l-quddiesa fis-6.15pm. … [Read more…]