Mit-Tnejn 7 sal-Ġimgħa 11 ta’ Marzu sa jsir kora ta’ eżerċizzi spiritwali fis-6.45pm. Il-predikatur ikun Dun Sergio Fenech.
Matul ir-Randan il-Knisja tkun miftuħa kuljum bejn il-5.00am u s-7.30am u bejn is-5.45pm u s-7.00pm.
Nhar ta’ Ġimgħa tkun miftuħa wkoll bejn id-9.00am u l-11.00am.
Nhar ta’ Erbgħa u nhar ta’ Ġimgħa fil-5.00am u fis-5.45pm issir il-Via Sagra.
Matul din il-ġimgħa nġabru €330 għall-bżonnijiet tan-nies fl-Ukrajna fejn hemm ħames kunvent tal-patrijiet Franġiskani Konventwali li qegħdin joffru assistenza (u fi tnejn mill-kunventi anki rifuġju) lil min ikun fil-bżonn. Dawk li jixtiequ, jistgħu jagħmlu l-offerta tagħhom matul din il-ġimgħa. Fuq l-envelop għandu jkun hemm miktub “Ukrajna”.