- Nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Ġunju niċċelebraw il-Festa tal-Qalb ta’ Ġesù. Fil-quddiesa tas-7pm issir il-konklużjoni tas-sena kateketika bil-parteċipazzjoni tat-tfal tal-parroċċa (dawk li s-soltu jkollhom il-laqgħa ta’ Katekeżi nhar ta’ Ġimgħa, illum ma ssirx). Nistiednu lit-tfal biex iġibu magħhom xemgħa jew fjuri biex jitqiegħdu quddiem Ġesù. Infakkrukom li minkejja li l-laqgħat ta’ katekeżi jieqfu għas-Sajf, il-quddiesa tal-Ħadd fl-10am (li fiha jkun hemm Katekeżi apposta għat-tfal) tibqa’ ssir matul is-sena kollha. Bħala Nsara hija ħaġa importanti ħafna għalina li niċċelebraw il-quddiesa flimkien kull nhar ta’ Ħadd.
- Nhar is-Sibt 12 ta’ Ġunju niċċelebraw il-Festa Liturġika tal-Qalb bla tebgħa ta’ Marija. Fis-6.30pm nitolbu r-rużarju u l-kurunella u fis-7pm Quddiesa.
- Nhar il-Ħadd 13 ta’ Ġunju niċċelebraw il-Festa ta’ Sant’Antnin ta’ Padova fil-quddiesa tal-10am. Fi tmiem il-quddiesa jsir it-tberik tal-ħobż b’tifkira tal-karità mal-foqra tal-qaddis f’Padova.