Nhar it-Tnejn 21 ta’ Awwissu sa ssir laqgħa għall-ġenituri tat-tfal li jattendu għall-katekeżi fil-parroċċa tagħna fis-7.30pm fil-Knisja. Il-ġenituri diġà rċevew id-dettalji permezz ta’ imejl. Dawk il-ġenituri li għandhom tfal li sa jibdew l-iskola primarja jew li għadhom qatt ma rreġistraw lil uliedhom għall-katekeżi huma mistiedna jagħmlu dan nhar is-Sibt u l-Ħadd li ġej wara l-quddiesa fis-sagristija. Infakkru li biex issir ir-reġistrazzjoni għandhom jiġu ż-żewġ ġenituri. Fil-każ ta’ tfal li ma tgħammdux f’din il-parroċċa jkun meħtieġ ċertifikat reċenti tal-magħmudija.
Nhar l-Erbgħa 23 ta’ Awwissu issir il-Lectio Divina fis-7.30pm.
Nhar il-Ħamis 24 ta’ Awwissu issir Adorazzjoni Ewkaristika fis-7.30pm.
Nhar il-Ħadd 27 ta’ Awwissu fra Michael Grech, mill-parroċċa tagħna, sa jagħmel il-Professjoni Solenni fl-Ordni tal-Patrijiet Franġiskani Konventwali. Din sa ssir fil-Knisja tagħna fis-7.00pm.
Sa ssir Velja ta’ talb bi tħejjija fil-Knisja Parrokkjali tal-Qawra nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Awwissu fis-7.00pm.