Nhar l-Erbgħa 16 ta’ Marzu fis-6.45pm issir Lectio Divina fuq l-Evanġelju tal-Ħadd.
Nhar il-Ħamis 17 ta’ Marzu fis-6.45pm tkun iċċelebrata l-Corda Pia li fiha nqimu l-pjagi ta’ Ġesù flimkien ma’ San Franġisk u Ommna Marija.
Matul ir-Randan il-Knisja tkun miftuħa kuljum bejn il-5.00am u s-7.30am u bejn is-5.45pm u s-7.00pm.
Nhar ta’ Ġimgħa tkun miftuħa wkoll bejn id-9.00am u l-11.00am.
Nhar ta’ Erbgħa u nhar ta’ Ġimgħa fil-5.00am u fis-5.45pm issir il-Via Sagra.
Dawk li għadhom jixtiequ jagħmlu l-għotja tagħhom għan-nies li jeħtieġu l-għajnuna fl-Ukrajna jistgħu jagħmlu dan fil-kaxxa tad-donazzjonijiet ħdejn il-bieb ta’ barra.
Fetaħ il-booking għall-quddiesa li l-Papa Franġisku sa jmexxu fuq il-fosos tal-Furjana nhar il-Ħadd 3 ta’ April fl-10.15am. Hemm il-ħsieb li norganizzaw it-trasport għal dawk li jinkitbu mal-parroċċa sal-Ħadd 13 ta’ Marzu wara l-quddies. Min jixtieq jibbukkja għal rasu jista’ jimla’ l-formola fuq https://papafrangisku.mt/quddiesa. Dakinhar huwa meħtieġ ukoll is-servizz ta’ ushers għalhekk dawk li jistgħu joffru dan is-servizz għandhom jimlew il-formola fuq https://papafrangisku.mt/quddiesa.
Is-Sibt filgħaxija: Fi tmiem il-quddiesa nitolbu l-Għasar (it-talba ta’ filgħaxija tal-Knisja). Sa jitqassmulkom il-fuljetti. Lil dawk li ma jistgħux jibqgħu, nitolbuhom li joħorġu fis-skiet u ma jibqgħu eżatt quddiem il-bibien tal-Knisja biex nibqgħu f’ambjent ta’ ġabra u talb.