Avviżi – 17 ta’ Marzu 2024

It-Tnejn, 18 ta’ Marzu -lejlet festa pubblika – sa ssir laqgħa ta’ Eżerċizzi Spiritwali għal kulħadd f’forma ta’ seminar immexxi mis-Sur Mario Muscat SDC fis-7.30pm fid-Dar Parrokkjali. Ikun hemm ħin ta’ riflessjoni u wara nieklu xi ħaġa flimkien. Ikun hemm laqgħa għat-tfal ukoll. It-Tlieta, 19 ta’ Marzu niċċelebraw is-Solennità ta’ San Ġużepp. Il-quddies fil-Knisja tagħna … [Read more…]

Avviżi – 10 ta’ Marzu 2024

Nhar it-Tlieta 12 ta’ Marzu ssir l-aħħar laqgħa mill-kors ta’ Eżerċizzi Spiritwali għar-Randan immexxi minn P. Paul Darmanin OFM Conv. Waqt il-laqgħat għall-adulti jkun hemm ukoll laqgħa oħra għat-tfal. Nhar l-Erbgħa 13 ta’ Marzu tkompli l-mixja ta’ smigħ tal-Kelma ta’ Alla fil-Lectio Divina li ssir fis-6.45pm. Nhar il-Ħamis 14 ta’ Marzu fis-6.45pm issir Adorazzjoni Ewkaristika … [Read more…]

Avviżi – 18 ta’ Frar 2024

Nhar it-Tlieta 20 ta’ Frar jibda kors ta’ Eżerċizzi Spiritwali għar-Randan immexxi minn P. Paul Darmanin OFM Conv. Dawn l-erba’ laqgħa sa jsiru kull nhar ta’ Tlieta fit-8.00pm fid-Dar Parrokkjali. Waqt il-laqgħat għall-adulti jkun hemm ukoll laqgħa oħra għat-tfal. Nhar l-Erbgħa 21 ta’ Frar tkompli l-mixja ta’ smigħ tal-Kelma ta’ Alla fil-Lectio Divina li ssir … [Read more…]