Avviżi – 7 ta’ April 2024
Nhar l-Erbgħa 10 ta’ April issir il-Lectio Divina fis-7.30pm. Żmien il-Għid hu żmien speċjali biex nisimgħu flimkien bħala komunità l-Kelma ta’ Alla u nħallu lil Ġesù rxoxt iħeġġilna qalbna.
Nhar il-Ħamis 11 ta’ April issir Adorazzjoni Ewkaristika fis-7.30pm.
Nhar is-Sibt 13 ta’ April il-Kummissjoni Festa sa torganizza Burger delivery b’risq il-festa. Bookings għand il-membri tal-Kummissjoni Festa jew fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Festa sa nhar l-Erbgħa.
Nhar it-Tnejn 15 ta’ April sa jibda’ kors qasir ta’ tliet laqgħat ta’ formazzjoni fuq il-Knisja. Dan il-kors, li hu miftuħ għal kulħadd u huma mistiedna għalih b’mod partikulari l-operaturi pastorali, jgħinna nifhmu aħjar x’inhi l-Knisja u kif il-Mulej isejħilna bħala parti minnha. Il-laqgħat isiru nhar ta’ Tnejn fid-Dar Parrokkjali fis-7.30pm. Min sa jieħu sehem huwa mitlub jirreġistra fuq: https://forms.gle/cHLdThJbzwrmaJKr5 jew fis-sagristija.
Il-membri tal-Kummissjoni Festa qed iħejju biex jibdew jarmaw ir-raħal tagħna għall-Festa Titulari. Kulħadd jifhem li dan huwa proċess li jirrikjedi ħafna xogħol u għalhekk qed insejħu minn issa għall-għajnuna ta’ dawk li għandhom għal qalbhom il-parroċċa u l-Festa u jistgħu jagħtu daqqa t’id. Min hu lest li jgħin għandu javviċina lil xi ħadd mill-membri tal-Kummissjoni sal-Ħadd 28 ta’ April. Skont kemm ikun hemm min jgħin, il-Kummissjoni Festa tiddeċiedi kemm sa jsir armar fit-toroq.
Avviżi – 31 ta’ Marzu 2024
Mil-lum jibda l-ħin tas-sajf għalhekk il-quddiesa ta’ filgħaxija tibda tkun kuljum fis-7.00pm.
Nhar it-Tnejn 1 ta’ April sa ssir il-ħarġa tal-Għid għal dawk li diġà bbukkjaw. Il-Knisja tiftaħ biss filgħaxija.
Matul din il-ġimgħa niċċelebraw l-ottava tal-Għid fil-quddiesa tas-7.00pm
Nhar il-Ħadd 7 ta’ April festa tal-Ħniena Divina, fis-6.00pm issir Adorazzjoni Ewkaristika.
Nirringrazzjaw lil kull min għin biex inkunu nistgħu niċċelebraw b’mod xieraq l-Għid il-Kbir u nawguraw lil kulħadd Għid qaddis.