Avviżi – 16 ta’ Ġunju 2024

  • Nhar l-Erbgħa 19 ta’ Ġunju ssir il-Lectio Divina fis-7.30pm
  • Nhar il-Ħamis 20 ta’ Ġunju ssir Adorazzjoni Ewkaristika fis-7.30pm.
  • Nhar is-Sibt 22 ta’ Ġunju fit-8.30pm sa ssir Festa Familja fuq iz-zuntier organizzata b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali. Ikun hemm ikel bnin u serata animata minn Tonio Vella l-Majsi, Fabrizio Faniello u Marthese Coppini.

  • Nhar il-Ħadd 23 ta’ Ġunju tibda l-ġimgħa tal-Festa Titulari bil-ħruġ tal-vara min-niċċa fi tmiem il-quddiesa tas-7.00pm.
  • Dawk li jixtiequ jagħmlu l-offerta tagħhom biex isiru l-fjuri fil-Knisja fi żmien il-Festa għandhom iħallu isimhom flimkien mal-għotja tagħhom fis-sagristija.
  • Ħdejn il-bibien tal-knisja ssibu envelopes li fihom tistgħu tpoġġu d-donazzjoni tagħkom għall-Festa. Nirringrazzjawkom tal-ġenerożità tagħkom biex ikunu jistgħu jitħallsu l-ispejjeż kbar li ġġib magħha l-Festa. Infakkru biex ma jitħallewx envelopes fil-kaxxi tal-ittri.
  • Dawk li jixtiequ jagħmlu l-offerta tagħhom biex isiru l-fjuri fil-Knisja fi żmien il-Festa għandhom iħallu isimhom flimkien mal-għotja tagħhom fis-sagristija.

Avviżi – Is-26 ta’ Mejju 2024

  • Nhar l-Erbgħa 29 ta’ Mejju l-membri tal-leġjun ta’ Marija jitolbu r-rużarju fil-pjazza ta’ quddiem il-Knisja fil-5.00pm
  • Nhar l-Erbgħa 29 ta’ Mejju fis-7.30pm issir Lectio Divina.
  • Nhar il-Ħamis 30 ta’ Mejju nfakkru s-60 sena mill-Konsagrazzjoni tal-Knisja fil-quddiesa tas-7.00pm.
  • Nhar il-Ġimgħa 31 ta’ Mejju fil-5.00pm isiru l-provi għat-tfal li sa jirċievu l-Ewwel Tqarbina flimkien mal-ġenituri tagħhom.
  • Nhar il-Ħadd 2 ta’ Ġunju niċċelebraw il-Festa tal-Ġisem u d-Demm Imqaddes tal-Mulej (Corpus Domini). Il-quddiesa tal-Ħadd filgħaxija tkun fil-5.30pm u wara ssir purċissjoni qasira b’Ġesù Sagramentat. (Ma jkunx hemm quddiesa fis-7.00pm)