Avviżi 3 ta’ Novembru 2019

Nhar il-Ħadd 3 ta’ Novembru ssir quddiesa fiċ-Ċimiterju u t-tberik tal-oqbra fl-4.00pm. F’każ ta’ maltemp il quddiesa ssir fil-Knisja ta’ Burmarrad. Fiċ-ċimiterju jkun hemm quddiesa kull nhar ta’ Erbgħa, Ġimgħa u Ħadd fil-11.30am fix-xahar ta’ Novembru.

Sa ssir laqgħa għal-letturi u l-animaturi tal-liturġija. Din tkun miftuħa għal dawk kollha li jagħtu s-servizz tagħhom fil-liturġija u għal dawk li jixtiequ jibdew ukoll. Il-laqgħa ssir darbtejn biex kulħadd ikun jista’ jagħżel l-aktar data u ħin komdi għalih. Il-laqgħat sa jsiru fid-dar parrokkjali nhar it-Tlieta 5 ta’ Novembru fis-7.30pm u l-Ħadd 10 ta’ Novembru fl-10am.

Il-Kummissjoni Festa qed torganizza Fenkata nhar is-Sibt 9 ta’ Novembru fiċ-Ċentru Parrokkjali fis-7.30pm. Il-biljetti jinkisbu mingħand il-membri tal-Kummissjoni.

Infakkru li nhar ta’ Ħamis fis-6.45pm issir Adorazzjoni Ewkaristiku u nhar ta’ Ġimgħa fis-6.45pm issir Lectio Divina fil-Knisja.

Matul ix-xahar ta’ Novembru, kull nhar ta’ Ġimgħa, il-quddiesa tas-6.15pm tkun b’suffraġju għall-mejtin għeżież tagħna. Minn ħdejn il-bibien tal-Knisja ssibu l-formoli biex jinkitbu l-ismijiet tal-mejtin li jitqiegħdu flimkien mal-offerta fil-qoffa li tinsab quddiem l-altar.

Avviżi 26 ta’ Ottubru 2019

Illum jibda l-ħin tax-xitwa għalhekk immexxu l-arloġġi siegħa lura. Il-quddiesa ta’ filgħaxija fil-Knisja Parrokkjali tkun kuljum fis-6.15pm filwaqt li fil-Knisja tal-Lunzjata s-Salina tkun nhar ta’ Sibt fil-5.00pm.

Nhar il-Ħamis 31 ta’ Ottubru, lejlet il-Festa tal-Qaddisin kollha sa ssir attività għat-tfal u l-adolexxenti tal-parroċċa. Fil-5pm niltaqgħu quddiem il-Knisja biex induru t-toroq u nitolbu għotjiet ta’ ikel għal min hu fil-bżonn. Fis-6.15pm nieħdu sehem fil-quddiesa u wara jkun hemm festin għat-tfal fiċ-Ċentru Parrokkjali. Il-ġenituri mistednin jieħdu sehem ukoll. Għall-festin kulħadd mistieden iġib xi ħaġa tal-ikel jew ħelu biex naqsmuha flimkien.

Nhar il-Ġimgħa 1 ta’ Novembru, Festa tal-Qaddisin kollha l-quddies ikun fil-5.30am, fis-6.15am u fis-6.15pm. Ikun hemm il-katekeżi fiċ-Ċentru bħas-soltu iżda nispiċċaw fis-6pm biex kulħadd ikun jista’ jiġi għall-quddiesa fil-Knisja.

Nhar is-Sibt 2 ta’ Novembru, Tifkira tal-Mejtin, il-quddies ikun fil-5.30am, fis-6.00am, fis-6.30am u fis-6.15pm.

Nhar il-Ħadd 3 ta’ Novembru ssir quddiesa fiċ-Ċimiterju u t-tberik tal-oqbra fl-4.00pm. F’każ ta’ maltemp il quddiesa ssir fil-Knisja ta’ Burmarrad. Fiċ-ċimiterju jkun hemm quddiesa kull nhar ta’ Erbgħa, Ġimgħa u Ħadd fil-11.30am fix-xahar ta’ Novembru.

Matul ix-xahar ta’ Novembru, kull nhar ta’ Ġimgħa, il-quddiesa tas-6.15pm tkun b’suffraġju għall-mejtin għeżież tagħna. Minn ħdejn il-bibien tal-Knisja ssibu l-formoli biex jinkitbu l-ismijiet tal-mejtin li jitqiegħdu flimkien mal-offerta fil-qoffa li tinsab quddiem l-altar.

Avviżi 20 ta’ Ottubru 2019

 

  • Illum il-Knisja tiċċelebra l-ġurnata missjunarja hija u tiftakar fis-sejħa li jagħmlilna l-Mulej li nwasslu l-kelma tiegħu lid-dinja kollha. Għalhekk il-ġabra li sa ssir tmur għall-missjonijiet tal-Knisja madwar id-dinja.
  • Il-membri tal-Kummissjoni Festa qegħdin ibiegħu ħelu u pjanti fuq iz-zuntier b’riżq il-festa.
  • Nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Ottubru fl-okkażjoni tat-800 anniversarju miż-żjara ta’ San Franġisk lis-Sultan Malik al Kamil sa jintwera l-film “The Sultan and the Saint” fiċ-ĊAK Birkirkara.
  • Mill-Ħadd 27 ta’ Ottubru il-quddiesa ta’ filgħaxija fil-parroċċa tagħna tibda tkun fis-6.15pm.
  • Matul ix-xahar ta’ Novembru, kull nhar ta’ Ġimgħa, il-quddiesa tas-6.15pm tkun b’suffraġju għall-mejtin għeżież tagħna. Minn ħdejn il-bibien tal-Knisja ssibu l-formoli biex jinkitbu l-ismijiet tal-mejtin li jitqiegħdu flimkien mal-offerta fil-qoffa li tinsab quddiem l-altar.