Avviżi – 26 ta’ Settembru 2021

It-Tnejn 27 ta’ Settembru l-quddiesa ta’ filgħaxija tibda tkun kuljum fis-6.15pm. It-Tnejn 27 ta’ Settembru ssir il-laqgħa ġenerali annwali tal-Kummissjoni Festa fit-8pm. Dawk li jixtiequ jkunu f’din il-kummissjoni għandhom ikellmu lill-kappillan sal-lum. Is-Sibt 2 u l-Ħadd 3 ta’ Ottubru sa niċċelebraw il-Festa ta’ San Franġisk ta’ Assisi fil-parroċċa tagħna. Is-Sibt fis-6.15pm issir it-tifkira tad-dħul ta’ … [Read more…]

Avviżi – 19 ta’ Settembru 2021

Illum tibda l-katekeżi tat-tfal permezz tal-quddiesa tal-10am. Id-dettalji kollha flimkien mal-materjal marbut mal-katekeżi jinsabu fuq il-paġna ta’ Facebook “Footsteps Burmarrad”. Sa jsiru żewġ laqgħat għal-letturi u l-animaturi tal-kant fil-quddies tal-parroċċa tagħna. Dawn sa jsiru nhar it-Tnejn 20 ta’ Settembru fis-7.30pm u nhar il-Ħadd 26 ta’ Settembru fil-11.00am. Dawk li diġà jagħtu dan is-servizz u dawk … [Read more…]

Avviżi – 12 ta’ Settembru 2021

Infakkru li matul ix-xahar ta’ Settembru, wara l-quddies tas-Sibt u l-Ħadd qed issir ir-reġistrazzjoni tat-tfal li sa jibdew jattendu għall-katekeżi fil-parroċċa. Għalkemm il-formola tista’ tinstab f’dan il-link u timtela’ minn qabel, xorta trid tkun iffirmata miż-żewġ ġenituri quddiem il-kappillan. Reġistrazzjoni għad-Duttrina Minn nhar il-Ħadd li ġej 19 ta’ Settembru l-quddiesa tal-10am tal-Ħadd terġa’ tibda tkun … [Read more…]