Avviżi – 9 ta’ Jannar 2022

Il-laqgħat tal-Katekeżi ta’ nhar ta’ Ġimgħa jerġgħu jibdew mill-Ġimgħa 14 ta’ Jannar 2022 (bħal-lum ġimgħa) skont l-għażliet li l-iskejjel sa jkunu qed jimxu magħhom (online jew in person). Infakkar fil-laqgħa l-oħra tal-Katekeżi nhar ta’ Ħadd fl-10am fil-Knisja. 

Avviżi – 19 ta’ Diċembru 2021

Infakkarkom li bħalissa għaddejja n-Novena tal-Milied. Kuljum fis-6.15pm ikollna l-Quddiesa u wara jittella’ rigal sabiħ lit-tfal. Taħt is-siġra tal-Milied li hemm fil-Knisja tistgħu tħallu oġġetti tal-ikel jew ħtiġijiet oħra għal min jeħtieġ l-għajnuna tagħna. Id-dħul fil-Knisja għall-quddiesa ta’ Nofsillejl tal-Milied sa jkun bil-biljett biex min jixtieq jiġi jkun jaf li sa jsib post fil-Knisja. Dawk … [Read more…]

Avviżi – 12 ta’ Diċembru 2021

Nhar l-Erbgħa 15 ta’ Diċembru tibda n-novena tal-Milied fil-quddiesa tas-6.15pm. Fil-jiem li m’hemmx ċelebrazzjonijiet oħra indikati fil-programm sa jintwera filmat qasir wara l-quddiesa. Nhar l-Erbgħa fis-6.45pm nisimgħu u nifhmu l-Kelma ta’ Alla fiċ-ċelebrazzjoni tal-Lectio Divina. Nhar is-Sibt 18 ta’ Diċembru mis-St. Monica Vocal Ensamble fil-Knisja fis-7.15pm. Kulħadd huwa mistieden jattendi għal dan il-kunċert biex permezz … [Read more…]