Author: paulgatt
Avviżi – 30 ta’ Ottubru 2022
Matul Novembru, kull nhar ta’ Ġimgħa filgħaxija ssir quddiesa b’suffraġju għall-mejtin kollha. Dawk li jixtiequ jistgħu jiktbu l-ismijiet tal-għeżież tagħhom fuq il-formoli li ssibu ħdejn il-bibien tal-Knisja u jqiegħduhom fil-qoffa quddiem l-altar. Id-donazzjonijiet li jkun hemm imorru fil-fond tal-karità tal-parroċċa. Nhar il-Ħadd 6 ta’ Novembru ssir quddiesa bit-tberik tal-oqbra fl-4.00pm fiċ-ċimiterju.
Avviżi – 23 ta’ Ottubru 2022
L-Erbgħa fis-6.45pm issir il-Lectio Divina fuq is-silta tal-Evanġelju tal-Ħadd. Il-Ħamis fis-6.45pm issir Adorazzjoni Ewkaristika fil-Knisja. Il-Ġimgħa 28 ta’ Ottubru ssir laqgħa ta’ diskussjoni miftuħa għal kulħadd fil-bitħa tal-kunvent fid-9.00am. F’każ li jkun il-maltemp il-laqgħa ssir fid-dar parrokkjali. It-Tnejn 31 ta’ Ottubru sa ssir attività marbuta mal-festa tal-Qaddisin. Fl-4.30pm niltaqgħu fuq iz-zuntier u nitqassmu biex niġbru … [Read more…]