Avviżi 27 ta’ Frar 2022

Nhar l-Erbgħa 2 ta’ Marzu jibda ż-żmien tar-Randan bl-Erbgħa tal-Irmied. Huwa jum ta’ sawm u astinenza. Il-Papa qiegħed jistedinna biex it-talb u s-sawm tagħna f’dan il-jum ikun sabiex jieqaf l-attakk fuq l-Ukrajna u ssaltan il-paċi. Il-quddies ikun fil-5.30am u fis-6.15pm. Nofs siegħa qabel kull quddiesa ssir il-Via Sagra. 

Ikklikkja biex tara  l-programm kollu tar-Randan u l-Għid 2022:

 

Nhar il-Ħamis 3 ta’ Marzu ssir Adorazzjoni Ewkaristika fis-6.45pm.

Kull nhar ta’ Ġimgħa matul ir-Randan il-Knisja tkun miftuħa għat-talb fis-skiet bejn id-9am u nofsinhar. Fil-5.00am u fis-5.45pm issir il-Via Sagra.

Nhar is-Sibt 5 ta’ Marzu sa jsir Irtir bi tħejjija għar-Randan flimkien mal-parroċċi ta’ San Pawl il-Baħar u l-Qawra bejn id-9.30am u nofsinhar fil-Knisja tal-Qawra. Dawk li sa jiġu għandhom iħallu isimhom fis-sagristija sat-2 ta’ Marzu.

Nhar is-Sibt 5 ta’ Marzu filgħaxija l-Kummissjoni Festa sa torganizza Food Delivery b’risq il-Festa. Booking għand il-membri tal-Kummisjoni jew fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Festa.

 

Avviżi – 20 ta’ Frar 2022

Nhar l-Erbgħa 23 ta’ Frar issir Lectio Divina fuq is-silta tal-Evanġelju tal-Ħadd fis-6.45pm.

Nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Frar issir laqgħa ta’ diskussjoni miftuħa għal kulħadd fid-Dar Parrokkjali fid-9.00am.

L-Adorazzjoni Ewkaristika għal din il-ġimgħa biss sa ssir nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Frar u sa tkun animata miż-żgħażagħ tal-parroċċa.

Nhar is-Sibt 5 ta’ Marzu sa jsir Irtir bi tħejjija għar-Randan flimkien mal-parroċċi ta’ San Pawl il-Baħar u l-Qawra bejn id-9.30am u nofsinhar. Dawk li sa jiġu għandhom iħallu isimhom fis-sagristija sat-2 ta’ Marzu.

Nhar is-Sibt 5 ta’ Marzu filgħaxija l-Kummissjoni Festa sa torganizza Food Delivery b’risq il-Festa. Booking għand il-membri tal-Kummisjoni jew fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Festa.

Avviżi – 6 ta’ Frar 2022

Nhar l-Erbgħa 9 ta’ Frar issir Lectio Divina fis-7pm.

Nhar il-Ħamis 10 ta’ Frar, Festa ta’ San Pawl, il-quddies ikun bħal tal-Ħadd fis-6.00am, fl-10.00am u fis-6.15pm.

Minn nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Frar sal-Ħadd 13 ta’ Frar sa jkollna fostna x-xbieha tal-Madonna tas-Saħħa mis-Santwarju tar-Rabat. Il-Ġimgħa fis-5.45pm nitolbu r-rużarju quddiem ix-xbieha tal-Ommna Marija fit-tifkira tal-ewwel dehra tal-Madonna f’Lourdes.

Infakkru lill-Operaturi Pastorali biex jirreġistraw fuq knisja.mt/registrazzjoni.

Il-Kummissjoni Festa qed tbigħ ħelu b’risq il-Festa. Min jixtieq jista’ jordna mingħand il-membri tal-Kummissjoni.