Nhar it-Tnejn 28 ta’ Ottubru fit-3.30pm sa jsir il-funeral ta’ Carmen Cascun. Ma ssirx quddiesa fis-6.15pm.

Nhar l-Erbgħa 30 ta’ Ottubru il-membri tal-Leġjun ta’ Marija jitolbu r-rużarju fil-pjazza ta’ quddiem il-Knisja fil-5.00pm.

Nhar l-Erbgħa 30 ta’ Ottubru issir il-Lectio Divina fis-6.45pm fid-Dar Parrokkjali.

Nhar il-Ħamis 31 ta’ Ottubru ssir l-Adorazzjoni Ewkaristika fis-6.45pm fil-Knisja.

Nhar il-Ġimgħa 1 ta’ Novembru niċċelebraw il-Festa tal-Qaddisin kollha. Nistiednu lit-tfal u żgħażagħ flimkien mal-familji tagħhom biex jingħaqdu magħna fl-4.30pm fuq iz-zuntier biex immorru niġbru ikel għal nies fil-bżonn bieb bieb. Nieħdu sehem flimkien fil-quddiesa tas-6.15pm u wara nkomplu b’ħin ta’ logħob u festin żgħir fil-bitħa tal-kunvent.
Lil dawk li jkunu fi djarhom nitolbuhom iħejju xi ftit oġġetti tal-ikel li jistgħu jagħtu lil dawk li jħabbtulhom il-bieb.

Nhar is-Sibt 2 ta’ Novembru nagħmlu t-tifkira tal-Mejtin Kollha. Il-quddies fil-Knisja Parrokkjali jkun fil-5.30am u fis-6.15pm. Fil-Knisja tal-Lunzjata Is-Salina ssir quddiesa fil-5.00pm.

Nhar il-Ħadd 3 ta’ Novmebru ssir quddiesa fiċ-ċimiterju fl-4.00pm. (F’każ ta’ maltemp il-quddiesa ssir fil-Knisja ta’ Burmarrad). Matul ix-xahar ta’ Novembru ċ-ċimiterju jkun miftuħ kuljum mis-7.30am sal-4.00pm

Kull nhar ta’ Ġimgħa matul ix-xahar ta’ Novembru ssir quddiesa b’suffraġju għall-erwieħ tal-mejtin li jkun hemm isimhom fil-fuljetti li ssibu ħdejn il-bibien tal-knisja u tpoġġuhom fil-qoffa quddiem l-altar. Id-donazzjonijiet flimkien mal-fuljett jmorru għall-fond tal-karità tal-parroċċa.

Dawk li jixtiequ joffru quddies b’suffraġju għall-mejtin jew xi intenzjonijiet oħra f’xi dati partikulari fis-sena 2025 għandhom jibbukkjaw fis-sagristija wara l-quddies mill-aktar fis.