• Minn nhar it-Tnejn 30 ta’ Settembru il-quddies jibda jkun skont l-orarju tax-xitwa. Mit-Tnejn sas-Sibt il-quddies ikun fil-5.30am u fis-6.15pm filwaqt li nhar ta’ Ħadd ikun fis-6.00am fl-10.00am u fis-7.00pm.
 
  • Il-Leġjun ta’ Marija jiltaqa’ kull nhar ta’ Tlieta fl-4.30pm. Min jixtieq jissieħeb magħhom ikellem lil xi ħadd mill-membri. Matul ix-xahar ta’ Ottubru, il-membri tal-Leġjun jitolbu r-rużarju fil-pjazza ta’ quddiem il-Knisja kull nhar ta’ Erbgħa fil-5.00pm.
 
  • Nhar l-Erbgħa 2 ta’ Ottubru ssir il-Lectio Divina fis-6.45pm fid-Dar Parrokkjali.
 
  • Nhar il-Ħamis 3 ta’ Ottubru ssir Adorazzjoni Ewkaristika fis-6.45pm fil-Knisja.

Nhar il-Ġimgħa 4 ta’ Ottubru fis-7.00pm sa jintwera film fuq San Franġisk fil-bitħa tal-kunvent. Kulħadd mistieden. Jekk ikun il-maltemp niltaqgħu fid-dar parrokkjali.
Nhar is-Sibt 5 ta’ Ottubru nfakkru d-dħul ta’ San Franġisk ta’ Assisi fis-sema permezz taċ-Ċelebrazzjoni tat-Transtu u l-quddiesa fis-6.15pm.
Nhar il-Ħadd 6 ta’ Ottubru niċċelebraw il-Festa ta’ San Franġisk ta’ Assisi. Fil-11.30am isir it-tberik tal-annimali fuq iz-zuntier.