- It-Tlieta 24 ta’ Settembru sa ssir il-laqgħa ġenerali annwali tal-Kummissjoni Festa. Dawk li jixtiequ jissieħbu f’din il-Kummissjoni għas-sena li ġejja għandhom ikellmu lill-kappillan sal-lum.
- L-Erbgħa 25 ta’ Settembru ssir il-Lectio Divina fis-7.30pm.
- Il-Ħamis 26 ta’ Settembru ssir Adorazzjoni Ewkaristika fis-7.30pm.
- Minn nhar it-Tnejn 30 ta’ Settembru, il-quddies jibda jkun skont l-orarju tax-xitwa. Mit-Tnejn sas-Sibt il-quddies ikun fil-5.30am u fis-6.15pm filwaqt li nhar ta’ Ħadd ikun fis-6.00am fl-10.00am u fis-7.00pm.
- Dawk li għandhom tfal li sa jibdew jattendu għall-katekeżi (year 1 u year 2) jistgħu jirreġistraw lil uliedhom matul dan ix-xahar fis-sagristija wara l-quddies tas-Sibt u l-Ħadd. Dawk li mhumiex mgħammdin fil-parroċċa tagħna għandhom iġibu magħhom ċertifikat tal-magħmudija.
- Nistiednu lil dawk il-persuni li għandhom għal qalbhom il-Kelma ta’ Alla u li jixtiequ jingħaqdu mal-Letturi tal-parroċċa li jaqraw waqt il-Liturġija biex ikellmu lill-patrijiet.