Nhar it-Tlieta 7 ta’ Lulju fis-7.30pm sa ssir l-Ewwel Qrara tat-tfal li sa jirċievu l-Ewwel Tqarbina.
Dakinhar ikun possibbli jqerru wkoll il-ġenituri u l-qraba.

Nhar il-Ħamis 9 ta’ Lulju wara l-quddiesa tas-7pm issir Adorazzjoni Ewkaristika fil-Knisja. Dakinhar nitolbu b’mod partikulari għal dawk li sa jirċievu l-Ewwel Tqarbina u l-familji tagħhom.

Nhar il-Ħadd 12 ta’ Lulju sa tkun iċċelebrata l-Ewwel Tqarbina tat-tfal fil-5pm. Minħabba n-numru limitat ta’ nies li jistgħu jidħlu fil-Knisja f’din il-quddiesa jieħdu sehem biss il-familji ta’ dawn it-tfal.
Fis-7pm issir quddiesa oħra bħas-soltu.

Nhar is-Sibt 1 ta’ Awwissu sa jsir il-pellegrinaġġ ta’ ringrazzjament lil Alla u talb lil Ommna Marija li din is-sena sa jsir fil-parroċċi kollha minflok il-festi. Dakinhar il-quddiesa tibda fis-6.30pm u wara toħroġ il-Vara tal-Qalb bla tebgħa ta’ Marija mat-toroq tal-parroċċa.
Dawk li jixtiequ jieħdu sehem f’dan il-pellegrinaġġ bħala reffiegħa, forċini u fratelli għandhom jinfurmaw lill-kappillan matul din il-ġimgħa. Għal din is-sena dawk kollha li jagħtu isimhom sa jkollhom iċ-ċans li jerfgħu. Din għandha tkun okkażjoni li tiġborna flimkien biex niċċelebraw il-fidi tagħna wara ż-żmien diffiċli li għaddejna minnu u għalhekk inħeġġukom biex inżommu d-data libera biex ikunu lkoll preżenti.

Patri Chris u Patri Allister jirringrazzjaw lil dawk kollha li wasslu l-awguri u t-talb tagħhom għalihom fil-jum tal-anniversarju tal-Ordinazzjoni Saċerdotali matul il-ġimgħa li għaddiet.